Arma tal-Kambodja
L- armi rjali tal -Kambodja reġgħu ġew introdotti fl -1993, wara r-restawr tal-monarkija.
Deskrizzjoni
immodifikaL-armi rjali tal-Kambodja huma komposti minn żewġ tazzi, superimposti wieħed fuq l-ieħor; fuq l-ogħla, imqiegħda orizzontalment, xabla sagra mgħaqqda mill-verżjoni Kambodjana tas-simbolu Om̐. Maġenb it-tazzi, jistgħu jidhru żewġ fergħat tar-rand wara rappreżentazzjoni tal-plakka tal-Ordni Rjali tal-Kambodja. Wara hemm mantell irjali.
Fil-parti ta’ fuq tal-arma, nistgħu naraw il-kuruna rjali tal-Kambodja, b’raġġ ta’ dawl fuqha. L-arma hija akkumpanjata minn żewġ annimali mitiċi: fuq il-lemin, gajasinha, iljun (singha) b’zokk ta’ iljunfant (gaja); u fuq ix-xellug, singha, li huwa iljun mitoloġiku ieħor. Kull wieħed minn dawn l-annimali jġorr parasol b'ħames saffi. Fil-parti t'isfel, fuq ċinturin, nistgħu naqraw il-motto nazzjonali miktub bil-Kambodja: ព្រះចៅក្រុងកម្ពុជា ("Re tar-Renju tal-Kambodja").
Kowtijiet antiki
immodifika-
Arma tar-Renju tal-Kambodja (1935-1953)
-
Arma tar-Renju tal-Kambodja (1953-1970)
-
Emblema tar-Repubblika Khmer (1970-1975)
-
Emblema tal-Kampuchea Demokratika (1975-1982)
-
Emblema tal-gvern ta' koalizzjoni tal-Kampuchea Demokratika (1982-1992)
-
Emblema tar-Repubblika Popolari tal-Kampuchea (1979-1989)
-
Emblema Statali tal-Kambodja (1989-1992)
-
Emblema tal-Awtorità Transitorja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kambodja (1992-1993)