Barack Hussein Obama II (Ħonolulu, 4 ta' Awwissu 1961) kien President tal-Istati Uniti f'isem il-Partit Demokratiku. Nhar l-20 ta' Jannar 2009 ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-erbgħa u erbgħin President tal-Amerika, fejn b'hekk sar l-ewwel Afro-Amerikan li nħatar f'din il-pożizzjoni għolja fl-Istati Uniti. Hu kien elett għal terminu ieħor fl-2013 u l-Presidenza tiegħu ntemmet nhar l-20 ta' Jannar 2017.

Barack Obama
44. President tal-Istati Uniti

20 Jannar 2009 - 20 Jannar 2017
George W. Bush - Donald Trump
Election: 2008 United States presidential election (en) Translate, 2012 United States presidential election (en) Translate
35. President-elett tal-Istati Uniti

4 Novembru 2008 - 20 Jannar 2009
George W. Bush - Donald Trump
Election: 2008 United States presidential election (en) Translate
Senatur tal-Istati Uniti

3 Jannar 2007 - 16 Novembru 2008 - Roland Burris (mul) Translate
District: Illinois Class 3 senate seat (en) Translate
Election: 2004 United States Senate election in Illinois (en) Translate
Senatur tal-Istati Uniti

3 Jannar 2005 - 3 Jannar 2007
Peter Fitzgerald (mul) Translate
District: Illinois Class 3 senate seat (en) Translate
Election: 2004 United States Senate election in Illinois (en) Translate
member of the State Senate of Illinois (en) Translate

8 Jannar 1997 - 4 Novembru 2004
Alice Palmer (mul) Translate - Kwame Raoul (en) Translate
District: Illinois's 13th Senate district (en) Translate
Ħajja
Isem propju Barack Hussein Obama II
Twelid Kapiolani Medical Center for Women and Children (en) Translateu Honolulu, 4 Awwissu 1961 (63 sena)
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Kenja
Residenza Kalorama (en) Translate
White House (en) Translate
Tebet (en) Translate
Menteng (en) Translate
Honolulu
Los Angeles
Chicago
Belt ta' New York
Ġakarta
Grupp etniku Afro-Amerikani
L-ewwel lingwa Ingliż
Familja
Missier Barack Obama Sr.
Omm Stanley Ann Dunham
Konjuga/i Michelle Obama (mul) Translate  (3 Ottubru 1992 -
Ulied
uri
Aħwa
Familja
Tribù family of Barack Obama (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater King College Prep High School (en) Translate
Centaurus High School (en) Translate
Nelson High School (en) Translate
Noelani Elementary School (en) Translate
(1966 - 1967)
State Elementary School Menteng 01 (en) Translate
(1970 - 1971)
Punahou School (en) Translate
(1971 - 1979)
Occidental College (en) Translate
(1979 - 1981)
Università ta' Columbia
(1981 - 1983) Baċellerat tal-Arti : political science (en) Translate, international relations (en) Translate
Università ta' Harvard
(1988 - 1991) Juris Doctor (en) Translate : liġi
Harvard Law School (en) Translate
(1988 - 1991) Juris Doctor (en) Translate
University of Chicago Law School (mul) Translate
(1997 - 2002) Bachelor of Science (en) Translate : liġi
Livell tal-edukazzjoni Baċellerat tal-Arti
Juris Doctor (en) Translate
Lingwi Ingliż
Indoneżjan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
avukat
kittieb politiku
community organizer (en) Translate
statista
ġurist
podcaster (en) Translate
akkademiku
kittieb tal-memorji
Piż 80 kgu 180 lb
Tul 187 cmu 1.85 m
Post tax-xogħol Washington, D.C.
Chicago
Impjegaturi Università ta' Chicago
Gamaliel Foundation (en) Translate
Business International Corporation (en) Translate  (1983 -  1984)
New York Public Interest Research Group (en) Translate  (1985 -  1985)
Sidley Austin (en) Translate  (1991 -  1991)
Xogħlijiet importanti A Promised Land (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[Grammy Award for Best Audio Book, Narration & Storytelling Recording (en) ]]
    (2005) : [[Dreams from My Father (en) ]]
    [[NAACP Image Award for Outstanding Literary Work, Nonfiction (en) ]]
    (2007) : [[The Audacity of Hope (en) ]]
Influwenzat minn Nipsey Russell (en) Translate
Reinhold Niebuhr (en) Translate
Saul Alinsky (en) Translate
Sħubija Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi
American Philosophical Society
109th United States Congress (en) Translate
110th United States Congress (en) Translate
Congressional Black Caucus (en) Translate

Fis-sena 1960 missieru, Kenjan, wasal fil-gżira ta’ Honolulu biex jistudja l-ekonomija fl-università tal-Hawaii. Kien jismu Barack Obama Sr., membru tat-tribù Lou minn raħal fil-Kenja tal-Punent qrib Kisumu. Kien għadu f’nofs l-għoxrinijiet tiegħu, imma diġà kellu mara u tfal f’pajjiżu fl-Afrika.

Fil-kampus ta’ l-università ta’ Honolulu, Barack Sr iltaqa’ ma’ tfajla bajda, Ann, li l-ġenituri tagħha kienu għadhom kemm ġew joqogħdu fil-gżira wara li missierha, Stanley, kien sab xogħol hemmhekk. Il-koppja oriġinarjament kienu minn Kansas imma kienu daru l-Amerika kollha biex isibu x-xogħol u post fejn joqogħdu.

Ann kellha biss 18 meta Barack Jr twieled fl-4 ta’Awwissu 1961. Iżżewġu wara li saru jafu li kien se jkollhom tarbija. Iżda Barack Sr, telaq mill-Hawaii inqas minn sena wara, lejn Cambridge, wara li kien ta intervista lil gazzetta lokali biex jiċċelebra l-isem tiegħu fl-istorja tal-Hawaii bħala l-ewwel gradwat Afrikan ta’ l-università: “l-istudent ta’ 26 sena mill-Kenja, student b’A, fi triqtu lejn Harvard biex jieħu l-PhD fl-ekonomija.” Fil-ktieb tiegħu “Dreams from My Father”, Obama jgħid li l-ġenituri tiegħu kienu żżewġu biż-żwieġ ċivili, imma hu qatt ma kellu l-ħila jsib iċ-ċertifikat taż-żwieġ ta’ missieru jew iċ-ċertifikat tad-divorzju ta’ missieru, u huwa għandu d-dubju jekk fil-fatt missieru u ommu qattx iżżewġu! Fil-fatt, missier Obama kien telaq mill-Hawaii u ma reġax lura ħlief darba (fl-1971), l-unika darba li Barack ra lil missieru, meta kellu għaxar snin. U għaxar snin wara, fl-1982, Barack Sr. miet f’inċident tat-traffiku fil-Kenja fl-eta ta’ 46 sena.

Ommu Ann kienet iltaqgħet ma’ student barrani ieħor mill-Indoneżja u marret tgħix miegħu f’Ġakarta, fejn bdiet tgħallem lil Obama d-dar għax ma kinitx tista’ tħallas għall-iskola internazzjonali tal-lokal. Obama għamel sentejn fi skola Iżlamika f’Ġakarta għax is-sieħeb t’ommu kien Musulman. Wara li ommu kellha tarbija tifla mir-raġel il-ġdid tagħha, Obama ta’ għaxar snin, xtaq imur skola l-Amerka. Ommu kontra qalbha aċċettat u Obama mar Honolulu jgħix man-nanniet Amerikani tiegħu li tawh skola mill-aqwa sakemm laħaq avukat f’Harvard fl-1991. Fl-iskola privata fejn kien, kienu biss tlett itfal suwed u għall-ewwel darba fehem x’jiġifieri tkun iswed u x’jiġifieri razziżmu. Fiż-żmien li kien fil-High School Obama taha għall-vizzjijiet tal-alkoħol u tad-droga, li fi kliemu kien l-akbar falliment morali tiegħu. Ommu Ann sadattant saret antropologa iżda mietet fl-1995 bil-kanċer, fl-eta ta’ 52 sena.

Meta għamel id-diskors famuż tiegħu f’Boston kien għadu kemm rebaħ nominazzjoni preliminari biex ikun jista’ jikkontesta għas-senat Amerikan. Infatti, f’Novembru ta’ dik is-sena, Obama rebaħ siġġu fis-Senat b’maġġoranza ta’ 70% tal-voti.

Fid-diskors tiegħu f’Lulju ta’ l-2004, Obama mess nerv psikoloġiku li nebbaħ f’ħafna nies l-isbaħ ħolm li dejjem kellha l-Amerika: Ħolm ta’ għaqda, ugwaljanza, ġid u tama. “M’hemmx Amerika liberali u Amerika konservattiva,” kien qal dakinhar, “hemm biss l-Istati Uniti tal-Amerika. M’hemmx Amerika sewda u Amerika bajda, Amerika Latina u Amerika Ażjatika; hemm biss l-Istati Uniti tal-Amerika.”

Dan il-diskors għolla l-profil politiku ta’ Obama m’għola s-smewwiet u wasslu biex, fi Frar 2008, iħabbar il-kandidatura tiegħu għal President. Imbagħad, fil-bidu ta’ Ġunju, wara taqtigħa ħarxa ma’ Hillary Clinton, huwa rebaħ in-nominazzjoni tal-Partit Demokratiku u beda t-tiġrija aħħarija tiegħu għal President kontra l-kandidat Repubblikan, John McCain.

L-ewwel President Afro-Amerikan

immodifika

Nhar l-4 ta’ Novembru 2008, Obama kiseb il-Presidenza. Nhar l-20 ta' Jannar 2009 ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-erbgħa u erbgħin President tal-Amerika, fejn b'hekk sar l-ewwel Afro-Amerikan li nħatar f'din il-pożizzjoni għolja fl-Istati Uniti.

Bħala president, Obama iffirma leġislazzjoni biex tistimula l-ekonomija bl-American Recovery and Reinvestment Act fi Frar 2009, u t-Tax Relief, Unemployment Insurance Reauthorization, and Job Creation Act tal-2010 kontra r-riċessjoni li ġarrbet l-Istati Uniti bejn l-2007 u l-2009. Inizjattivi oħra ta' politika domestika jinkludu l-Patient Protection and Affordable Care Act, leġislazzjoni ta' riforma fil-kura tas-saħħa li ffirmah bħala liġi f'Marzu 2010, u d-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act, li ffirmahom f'Lulju 2010, Don't Ask, Don't Tell Repeal Act u l-Budget Control Act tal-2011.

Fil-politika barranija, Obama ġab fi tmiemu l-involviment militari Amerikan fil-gwerra tal-Iraq, żied it-truppi fl-Afganistan, u ffirma trattat ta' kontroll tal-armamenti mar-Russja, ordna involviment militari Amerikan fil-Libja, u ordna l-operazzjoni militari li wasslet għall-qtil ta' Osama bin Laden. F'Mejju 2012, sar l-ewwel president Amerikan li appoġġja pubblikament il-legalizzazzjoni taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

Nhar it-8 ta' Ottubru 2009, tħabbar li Obama kien se jingħata l-Premju Nobel għall-Paċi 2009.

Ir-Riforma fil-Kura tas-Saħħa

immodifika

Nhar it-23 ta' Marzu 2010, Obama ffirma liġi li kienet riforma storika fil-kura tas-saħħa fl-Istati Uniti u wegħda elettorali ewlenija tiegħu. Il-firma ta' Obama ġabet fi tmiem disa' xhur ta' konfront politiku fuq ir-riforma bejn ir-Repubblikani u d-Demokratiċi. Ir-Riforma għaddiet mis-Senat jumejn qabel, b'differenza ta' 7 voti biss, 219 kontra 212. Ir-Riforma ta' Obama wasslet għall-akbar bidla fil-kura tas-saħħa Amerikana – li tiswa 2.5 triljun dollaru – minn mindu fl-1965 inħoloq il-programm tal-kura tas-saħħa mmexxi mill-Gvern – magħruf bħala Medicare – għall-anzjani u nies b'diżabilità. B'din ir-riforma, 95% tal-Amerikani għandhom aċċess għall-kura tas-saħħa b'xejn u l-kumpaniji ma jistgħux jirrifjutaw li jassiguraw lil dawk il-persuni li jkunu jbatu minn xi kundizzjoni medika jew oħra. Bir-riforma ħafna Amerikani għandhom l-assigurazzjoni tas-saħħa, ingħataw is-sussidji lil xi wħud biex iħallsu ħalli jkunu koperti, u nħolqu skemi biex dawk mingħajr assigurazzjoni jistgħu jqabblu u jfittxu l-aħjar pjan ta' assigurazzjoni għalihom. Ir-Repubblikani sostnew li din ir-riforma hi indħil kbir tal-Gvern fis-settur tal-kura tas-saħħa u minħabba fiha se jiżdiedu l-ispejjeż u l-prezzijiet, u jitnaqqsu l-għażliet tal-pazjenti.

It-Tieni Mandat tal-Presidenza Obama (2013-2017 )

immodifika

Nhar l-4 t'April, 2011, Obama ħabbar il-kampanja għar-ri-elezzjoni tiegħu tal-2012. Sa sena wara kellu l-2778 delegat tal-konvenzjoni li kellu bżonn biex jirbaħ in-nominazzjoni tal-Partit Demokratiku. Fil-Konvenzjoni tal-Partit li tlaqqgħet f'Charlotte, North Carolina, l-eks President Bill Clinton innomina lilu u lil Joe Biden bħala kandidati tal-Partit għal president u viċi-president fl-elezzjoni ġenerali, li fiha l-oppożituri tagħhom kienu r-Repubblikani Mitt Romney, l-eks gvernatur tal-Massachusetts, u Paul Ryan tal-Wisconsin.

Nhar is-6 ta' Novembru, 2012, Obama rebaħ 332 delegat tal-kulleġġ elettorali, u hekk qabeż il-270 delegat meħtieġa biex ikun elett għat-tieni mandat tiegħu ta' president. Hekk Obama sar l-ewwel President Democratiku sa minn żmien Franklin D. Roosevelt li rebaħ il-maġġoranza tal-vot popolari darbtejn. Il-President Obama indirizza lill-partitarji tiegħu f'Chicago's McCormick Place wara r-ri-elezzjoni u qalilhom "Dal-lejl ivvutajtu għall-azzjoni, mhux għall-politika tas-soltu. Intom eleġġejtuna biex niffukaw fuq l-impjiegi tagħkom, mhux tagħna. U fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, qed inħares 'il quddiem biex naħdem mal-mexxejja taż-żewġ partiti."