Tserkva tal-Injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna

16-il knisja Ortodossa tal-injam fil-Polonja u fl-Ukrajna li huma Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO

It-Tserkva tal-Injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna (bil-Pollakk: Drewniane cerkwie regionu karpackiego w Polsce i na Ukrainie; bl-Ukren: Дерев'яні церкви карпатського регіону Польщі і України, b'ittri Rumani: derev'yani tserkvy karpatsʹkoho rehionu Polʹshchi i Ukrayiny) huma grupp ta' 16-il knisja Ortodossa (uħud huma Kattoliċi tal-Lvant) tal-injam li jinsabu fir-reġjun tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna; hemm tmien tserkva f'kull pajjiż (bil-Pollak jissejħu cerkwie u bl-Ukren jissejħu Церква, zerkwa; jiġifieri "knejjes").[1][2]

It-tserkva ta' Kwiatoń, waħda mis-16-il tserkva fil-Polonja u fl-Ukrajna li flimkien jitqiesu bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed tal-UNESCO

Dawn il-knejjes tal-injam inbnew bejn is-seklu 16 u s-seklu 19 mill-komunitajiet Ortodossi u Kattoliċi Griegi lokali u għadhom jintużaw. It-tserkva huma xhieda ta' tradizzjoni distinta ta' kostruzzjoni ta' knejjes b'disinn ekkleżjastiku Ortodoss flimkien ma' elementi tat-tradizzjoni lokali u referenzi simboliċi għall-kożmonoġija tal-komunitajiet lokali.[1][2]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

It-Tserkva tal-Injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO fl-2013.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Lista tas-16-il tserkva

immodifika
Ritratt Isem (bil-Pollakk/bl-Ukren) Post u Koordinati[3] Deskrizzjoni
 
Św. Paraskewy

Св. Параскеви

Radruż, il-Polonja

50° 10′ 35,3″ N, 23° 24′ 3,3″ E

Tserkva ta' San Paraskevja (illum mużew tal-kultura tal-Lvant tal-Polonja)
 
Narodzenia Przenajświętszej Bogurodzicy

Різдва Пресвятої Богородиці

Chotyniec, il-Polonja

49° 57′10,7″N, 23° 0′ 10″ E

Tserkva ta' Santa Marija Omm Alla (Kattolika Ortodossa Griega)
 
Św. Michała Archanioła

Архангела Михаїла

Smolnik, il-Polonja

49°12′34,7″N, 22° 41′ 16″ E

Tserkva ta' San Mikiel l-Arkanġlu (Kattolika Ortodossa Griega)
 
Św. Michała Archanioła

Архангела Михаїла

Turzańsk, il-Polonja

49° 22′ 9,1″ N, 22° 7′ 44,2″ E

Tserkva ta' San Mikiel l-Arkanġlu (Kattolika Ortodossa)
 
Św. Jakuba

св. Якова

Powroźnik, il-Polonja

49° 22′ 11″ N, 20° 57′ 1,5″ E

Tserkva ta' San Ġakbu (Kattolika Ortodossa Griega)
 
Opieki Matki Bożej

Покрови Пресвятої Богородиці

Owczary, il-Polonja

49° 35′ 19″ N, 21° 11′ 28″ E

Tserkva ta' Santa Marija

(Kattolika Ortodossa Griega)

 
Św. Paraskewy

Св. Параскеви

Kwiatoń, il-Polonja

49° 30′ 4,8″ N, 21° 10′ 21,7″ E

Tserkva ta' San Paraskevja (Kattolika Ortodossa Griega)
 
Św. Michała Archanioła

Архангела Михаїла

Brunary, il-Polonja

49° 32′ 2″ N, 21° 1′ 56″ E

Tserkva ta' San Mikiel l-Arkanġlu (Kattolika Ortodossa Griega)
 
Св. Духа

Św. Ducha

Potelych, l-Ukrajna

50° 12′ 31″ N, 23° 33′ 3″ E

Tserkva tal-Inżul tal-Ispirtu s-Santu (Kattolika Ortodossa Griega)
 
Собору Пресвятої Богородиці

Najświętszej Bogurodzicy (św. Dymitra)

Matkiv, l-Ukrajna

48° 54′ 55,7″N, 23° 6′ 32″ E

Tserkva ta' San Dimitri (Kattolika Ortodossa Griega)
 
святої Трійці

Św. Trójcy

Zhovkva, l-Ukrajna

50° 3′ 19,2″ N, 23° 58′ 56″ E

Tserkva tat-Trinità Mqaddsa (Kattolika Ortodossa Griega)
 
Св. Юра

Św. Jerzego

Drohobych, l-Ukrajna

49° 20′51,9″N, 23° 29′58,8″E

Tserkva ta' San Ġorġ (Kattolika Ortodossa Griega)
 
Св. Духа

Św. Ducha

Rohatyn, l-Ukrajna

49° 24′ 37″ N, 24° 36′ 10,5″E

Tserkva tal-Inżul tal-Ispirtu s-Santu (Kattolika Ortodossa Griega)
 
Різдва Пресвятої Богородиці

Narodzenia Przenajświętszej Bogurodzicy

Nyzhniy Verbizh, l-Ukrajna

48° 29′55,2″N, 25° 0′41,3″ E

Tserkva tat-Twelid ta' Santa Marija Verġni (Kattolika Ortodossa Griega)
 
Вознесіння Господнього

Wniebowstąpienia Pańskiego

Yasinya, l-Ukrajna

48° 16′ 30″ N, 24° 21′ 11″ E

Tserkva tat-Tlugħ is-Sema ta' Kristu (Kattolika Ortodossa Griega/Kattolika Russa)
 
Архангела Михаїла

Św. Michała Archanioła

Uzhok, l-Ukrajna

48° 59′ 1,5″ N, 22° 51′15,6″E

Tserkva ta' San Mikiel l-Arkanġlu (Kattolika Ortodossa Griega)

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Wooden Tserkvas of the Carpathian Region in Poland and Ukraine". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-08.
  2. ^ a b Parma, Christian (2018). Poland Unesco World Heritage Sites (bl-Ingliż). pp. 158–177. ISBN 978-8377771556.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Maps - Wooden Tserkvas of the Carpathian Region in Poland and Ukraine". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-08.