Fortizzi ta' Dacia fil-Muntanji Orăștie
Il-Fortizzi ta' Dacia fil-Muntanji Orăștie (bir-Rumen: Cetăți dacice din Munții Orăștiei) huma sitt fortizzi mibnija bl-istil murus dacicus fir-Rumanija. Dawn inbnew bejn is-seklu 1 Q.K. u s-seklu 1 W.K. għall-protezzjoni kontra l-ħakma tar-Rumani, u kellhom rwol importanti matul il-gwerer bejn Ruma u Dacia.
Il-fdalijiet estensivi u ppreservati sew tagħhom huma xhieda ta' ċivilizzazzjoni tal-qedem qawwija u innovattiva. Illum il-ġurnata, xi kultant xi fittiexa tat-teżori kultant ifittxu xortihom fl-inħawi, peress li r-Rumanija ma għandhiex leġiżlazzjoni f'dan id-dominju.
Is-sitt fortizzi ta' Sarmizegetusa Regia, Costeşti-Cetăţuie, Costeşti-Blidaru, Piatra Roşie, Bănița u Căpâlna, li ffurmaw is-sistema difensiva ta' Decebalus, tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999.[1] Is-siti kollha jinsabu fil-Kontea ta' Hunedoara, għajr dak ta' Căpâlna, li jinsab fil-Kontea ta' Alba.
Sarmizegetusa Regia
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-raħal ta' Sarmizegetusa Regia kien il-belt kapitali u l-fortizza ewlenija tar-renju ta' Dacia; x'aktarx inbena f'nofs is-seklu 1 Q.K. Kien jikkonsisti minn ħitan fil-perimetru u fortifikazzjonijiet, kwartier sagru, u żona ta' insedjament li primarjament kienet għan-nobbli u għall-qaddejja tagħhom. Kien jinsab fil-quċċata ta' għolja ta' 1,200 metru b'viżibbiltà eċċellenti tal-artijiet tal-madwar. Il-kwartier sagru kien jinsab fuq in-naħa tal-Lvant tar-raħal, bi pjazza prominenti u santwarji ċirkolari. Kien hemm żewġ żoni ta' insedjament, waħda fuq in-naħa tal-Lvant u oħra ikbar fuq in-naħa tal-Punent. Minbarra l-abitazzjonijiet kien hemm workshops, imħażen u żoni għall-ipproċessar agrikolu. Xi ħaġa notevoli għal dak iż-żmien hija s-sistema ta' distribuzzjoni għall-ilma tax-xorb permezz ta' katusi taċ-ċeramika.[2]
Costești-Cetățuie
[immodifika | immodifika s-sors]Il-fortizza ta' Costești-Cetățuie nbniet fis-seklu 1 Q.K., matul ir-renju ta' during Burebista, bl-għan ta' difiża mir-Rumani. Is-sit jinsab fil-wied tax-xmara ta' Apa Grădiștei. Il-promontorju ta' fuq l-għolja fejn tinsab hija 514-il metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. Kienet fortizza b'saħħitha bi rwol difensiv. Milli jidher, kellha insedjament ċivili fil-bażi u kienet ir-residenza regolari tar-rejiet ta' Dacia. Rwol importanti ieħor kien l-għassa tat-triq li twassal għal Sarmizegetusa Regia.
Costești-Blidaru
[immodifika | immodifika s-sors]Il-fortizza ta' Costești-Blidaru nbniet fis-seklu 1 Q.K., matul ir-renju ta' during Burebista, bl-għan ta' difiża mir-Rumani.
Piatra Roșie
[immodifika | immodifika s-sors]Piatra Roșie, li tfisser "Blata Ħamra", kienet fortizza fuq għolja li kienet tinsab jumejn bogħod bil-mixi lejn il-Punent minn Costești-Cetățuie, f'Luncani, fil-muniċipalità ta' Boşorod. Inbniet f'żewġ fażijiet. Fl-ewwel fażi nbniet ċittadella rettangolari prinċipali, fil-quċċata ta' għolja twila 102 metri,[3] b'torrijiet tal-għassa fuq kull naħa u żewġ torrijiet tal-għassa oħra fil-ġnub. Iktar 'il quddiem, iż-żona l-kbira fi ħdan it-torrijiet tal-għassa ġiet protetta bil-ħitan.[4] Milli jidher il-quċċata tal-għolja ġiet iċċattjata sabiex l-ispazju seta' jintuża iktar.[5]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Fortizzi ta' Dacia fil-Muntanji Orăștie ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]-
Fortizza ta' Costești
-
Fortizza ta' Blidaru
-
Fortizza ta' Blidaru
-
Santwarji ta' Sarmizegetusa Regia
-
Santwarji tal-andesit ta' Sarmizegetusa Regia
-
Il-kwartier sagru ta' Sarmizegetusa Regia
-
Santwarju kbir tal-ġebla tal-ġir f'Sarmizegetusa Regia
-
Santwarju żgħir tal-ġebla tal-ġir f'Sarmizegetusa Regia
-
Ċirku solari ta' Sarmizegetusa Regia
-
Murus dacicus, Sarmizegetusa Regia
-
Triq pavimentata ta' Dacia, Sarmizegetusa Regia
-
Artefatt ta' Dacia mis-sit ta' Piatra Roșie. Għad ma hemmx qbil jekk huwiex dekorazzjoni ta' xatba jew tarka tat-tip umbo.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Dacian Fortresses of the Orastie Mountains". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-16.
- ^ Mallows, Lucy (2008) Transylvania Bradt Travel Guides, Chalfont St. Peter, Bucks, ir-Renju Unit, p. 219, ISBN 978-1-84162-230-9.
- ^ Oltean, Ioana Adina (2007) Dacia: landscape, colonisation and romanisation, Psychology Press, Londra, p. 81, ISBN 0-415-41252-8.
- ^ MacKendrick, Paul Lachlan (1975) The Dacian Stones Speak University of North Carolina Press, Chapel Hill, North Carolina, pp. 58-60, ISBN 0-8078-1226-9.
- ^ Oltean, Ioana Adina (2007) Dacia: landscape, colonisation and romanisation Psychology Press, Londra, p. 95, ISBN 0-415-41252-8.