Rabat (Marokk)
Rabat (Marokk) | |
---|---|
Marokk | |
Amministrazzjoni | |
Constitutional monarchy | Marokk |
Region of Morocco | Rabat-Salé-Kénitra |
Prefecture of Morocco | Prefettura ta' Rabat |
Kap tal-Gvern | Fatiha El Moudni (en) |
Isem uffiċjali | الرباط |
Ismijiet oriġinali | رباط |
Kodiċi postali |
10000–10220 |
Ġeografija | |
Koordinati | 34°01′31″N 6°50′10″W / 34.0253°N 6.8361°WKoordinati: 34°01′31″N 6°50′10″W / 34.0253°N 6.8361°W |
Superfiċjenti | 118±1 kilometru kwadru |
Għoli | 87 mu 135 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 572,717 abitanti (2014) |
Unitajiet domestiċi | 156,398 |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | 1146 |
Kodiċi tat-telefon |
537 |
Żona tal-Ħin | UTC+1 |
bliet ġemellati | Betlem, Bursa, Liżbona, Madrid, Sivilja, Tuneż, Istanbul, Ateni, Bagdad, Damasku, Las Palmas de Gran Canaria, Santo Domingo, Kontea ta' Honolulu, Amman, Nablus, Kajr, Muniċipalità ta' Stokkolmau Honolulu |
Ir-Rabat (/rəˈbɑːt/; bl-Għarbi: الرِّبَاط, b'ittri Rumani: er-Ribât; bil-lingwi Berberi: ⵕⵕⴱⴰⵟ, b'ittri Rumani: ṛṛbaṭ) hu l-belt kapitali tal-Marokk u s-seba' l-ikbar belt fil-pajjiż b'popolazzjoni urbana ta' madwar 580,000 (skont iċ-ċensiment tal-2014) u b'popolazzjoni metropolitana ta' iktar minn 1.2 miljun ruħ. Hija wkoll il-belt kapitali tar-reġjun amministrattiv ta' ir-Rabat-Salé-Kénitra.[1] Ir-Rabat jinsab mal-Oċean Atlantiku fil-bokka tax-xmara Bou Regreg, fuq in-naħa opposta ta' Salé, ir-raħal prinċipali qrib il-belt.
Ir-Rabat ġie stabbilit fis-seklu 12 mill-Almoħadin. Il-belt għall-ewwel kibret iżda daħlet f'perjodu estiż ta' deklin wara l-waqgħa tal-Almoħadin. Fis-seklu 17, ir-Rabat sar post imkenni għall-pirati tal-Barbarija. Meta l-Franċiżi stabbilew protettorat fil-Marokk fl-1912, huma għamlu r-Rabat bħala ċ-ċentru amministrattiv tiegħu. Meta l-Marokk kiseb l-indipendenza fl-1955 ir-Rabat sar il-belt kapitali tal-pajjiż.
Ir-Rabat, Temara u Salé jiffurmaw konglomerazzjoni urbana ta' iktar minn 1.8 miljun ruħ. Problemi relatati mas-sedimenti fix-xmara naqqsu r-rwol tar-Rabat bħala port; madankollu, ir-Rabat u Salé għad għandhom industriji importanti tat-tessuti, tal-ipproċessar tal-ikel u tal-kostruzzjoni. Barra minn hekk, it-turiżmu u l-preżenza tal-ambaxxati barranin kollha fil-Marokk iwasslu biex ir-Rabat jitqies bħala waħda mill-iktar bliet importanti fil-pajjiż. Il-belt kapitali Marokkina ġiet ikklassifikata fit-tieni post mis-CNN fil-lista tagħhom tal-"Aqwa Destinazzjonijiet tal-Ivvjaġġar tal-2013".[2] Rabat hija waħda mill-erbat ibliet imperjali tal-Marokk, u l-medina tar-Rabat tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.[3] Ir-Rabat hu aċċessibbli bil-ferrovija permezz tas-sistema ONCF u bl-ajruplan permezz tal-Ajruport ta' Rabat–Salé qrib il-belt.
L-isem "ir-Rabat" ġej mill-kelma Għarbija الرِّبَاط (er-Ribât) li tfisser ir-ribat, jiġifieri bażi jew fortifikazzjoni Iżlamika. L-isem huwa verżjoni mqassra ta' رِبَاطُ الْفَتْح (Ribâtu l-Feth) li tfisser ir-ribat tal-konkwista jew il-fortizza tar-rebħa — titlu li kien ingħata mill-Almoħadin meta stabbilew il-belt bħala bażi navali fl-1170.[4]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-medina tar-Rabat ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012 bit-titlu ta' "Ir-Rabat, Kapitali Moderna u Belt Storika: Wirt Kondiviż".[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[3]
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Décret fixant le nom des régions. Portail National des Collectivités Territoriales" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-05-18. Miġbur 2023-12-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ CNN, Lara Brunt,Special to (2013-01-01). "Top travel destinations for 2013". CNN (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Rabat, Modern Capital and Historic City: a Shared Heritage". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
- ^ تاريخ رباط الفتح - عبد الله السويسي .Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)