Aqbeż għall-kontentut

Heiko Westermann

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Heiko Westermann
Informazzjoni personali
Twelid14 ta' Awwissu 1983 (1983-08-14) (41 sena)
AlzenauĠermanja tal-Punent
Tul1.90 m
RwolDifensur
Mixtliet
1988–1994SG Schimborn
1994–19981. FC Hösbach
1998–2000FC Bayern Alzenau
Karriera professjonali
SninKlabb
2000–2003SpVgg Greuther Fürth II
2002–2005SpVgg Greuther Fürth
2005–2007Arminia Bielefeld
2007–2010Schalke 04
2011–2015Hamburger SV
2015–2016Real Betis
2016–2017Ajax
2017–2018Austria Wien
Tim nazzjonali
2003–2004Ġermanja U21
2008–2014Ġermanja

Heiko Westermann (Alzenau, 14 ta' Awwissu 1983) huwa eks-plejer tal-futbol Ġermaniż li kien jilgħab bħala difensur ċentrali.

Westermann beda l-karriera professjonali mal-klabb mis-2. Bundesliga, Greuther Fürth. L-ewwel dehra tiegħu waslet fis-26 ta' Jannar 2003 fir-rebħa ta' 1–0 fuq MSV Duisburg. Fi tliet staġuni mal-klabb hu lagħab total ta' 92 logħba, fejn skorja ħames gowls.

Wara l-istaġun 2004–05, Westermann iffirma mat-tim promoss tal-Bundesliga Arminia Bielefeld. Fl-ewwel staġun tiegħu lagħab f'kull logħba ta' Bielefeld, fosthom 34 logħba tal-kampjonat u ħames partiti tad-DFB-Pokal. Hu baqa' figura regulari mal-klabb għas-sena ta' wara fejn tilef biss logħba waħda.

Fl-2007, Schalke akkwistaw is-servizzi tiegħu għal €2.8 miljun. Westermann iddebutta fl-24 ta' Lulju fil-konfront kontra 1. FC Nuremberg, li rebħuha 4–2 fejn ikkontribwixxa għal gowl. Id-debutt fil-Bundesliga wasal fis-26 ta' Awwissu 2007, bħala sostitut għal Rafinha fit-tielet ġimgħa tal-kampjonat kontra VfL Wolfsburg. Fl-istaġun segwenti hu kien strumentali fil-kampanja ta' Schalke fiċ-Champions League, fejn kien l-uniku plejer (barra l-gowlkiper) li lagħab kull minuta. Bil-kowċ il-ġdid Fred Rutten, għall-istaġun 2008–09 Westermann ġie skjerat ħafna drabi f'nofs il-grawnd.

F'Lulju tal-2010, Westermann iffirma għal €7.5 miljun ma' Hamburg.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Westermann iddebutta mat-tim nazzjonali Ġermaniż fi Frar tal-2008 kontra l-Awstrija (3–0). Hu ġie magħżul fost l-iskwadra Ġermaniża għall-Kampjonati Ewropej 2008. Fit-2 ta' Ġunju 2009, Westermann skorja l-ewwel gowl tiegħu għall-Ġermanja fir-rebħa ta' 7–2 kontra l-Emirati Għarab Magħquda.

Punteġġi u r-riżultati tal-Ġermanja qedgħin fil-lista xellugija.
# Data Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
1. 6 ta' Settembru 2008 Rheinpark Stadion, Vaduz, Liechtenstein  Liechtenstein 6–0 6–0 Kwal Tazza tad-Dinja 2010
2. 2 ta' Ġunju 2009 Zayed Sports City Stadium, Abu Dhabi, United Arab Emirates  Emirati Għarab Magħquda 1–0 7–2 Logħba ta' ħbiberija
3. 7 ta' Settembru 2010 RheinEnergieStadion, Cologne, Germany  Ażerbajġan 1–0 6–1 Kwal Kampjonati Ewropej 2012
4. 2 ta' Ġunju 2013 RFK Stadium, Washington, SU  Stati Uniti 1–2 3–4 Logħba ta' ħbiberija

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]