Bing
Fundazzjoni | Ġunju 2009 |
---|---|
Fundatur | Microsoft |
Kwartieri ġenerali | , Stati Uniti |
Żona tas-servizz | Madwar id-dinja |
Proprjetarju | Microsoft |
Slogan | "Bing and Decide" ("Uża Bing u Ddeċiedi") |
Sit elettroniku | www.bing.com |
Pożizzjoni fuq Alexa | 23[1] |
Tip ta' sit | Search Engine |
Reġistrazzjoni | Opzjonali |
Lingwi disponibbli | 40 lingwa |
Stat attwali | Attiva |
Screenshot
|
Bing (qabel Live Search, Windows Live Search u MSN Search) hu s-search engine preżenti ta’ Microsoft. Is-servizz ġie żvelat fit-28 ta’ Mejju, 2009 f’San Diego, l-iStati Uniti, u ħareġ għall-ewwel darba fil-pubbliku fit-3 ta’ Ġunju, 2009, b’servizz bi prova jkun disponnibbli mill-1 ta’ Ġunju, 2009.
Suġġerimenti dwar it-tfittxija, u riżulatati mqassma f’kategoriji huma fost l-akbar tibdiliet li s-servizz ta’ Bing ġab fid-dinja tas-search engines. Sa minn Jannar 2010, Bing hu t-tielet l-akbar search engine fuq l-internet, b’ 3.16%, wara Google b’85.35% u Yahoo b’6.15%. Fid-29 ta’ Lulju, 2009, Microsoft u Yahoo ħabbru ftiehim li bih Bing se tmxxi s-servizz tat-tfittxija ta’ Yahoo.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Msn Search
[immodifika | immodifika s-sors]MSN Search kien l-ewwel search engine ta’ Microsoft, li kien jinkorpora search engine, index u web crawler. Is-servizz ġie minedi fit-tielet kwart tal-1998, u uża r-riżultati ta’ Inktomi. Fil-bidu tal-1999, MSN Search nieda verżjoni li kienet turi riżultati minn Looksmart mgħaquda ma’ dawk ta’ Inktomi, b’eċċezzjoni żgħira meta riżultati mill-websajt AltaVista intużaw minflok. Wara dan, Microsoft ġedded is-servizz sabiex tibda tipprovdi r-riżultati tiegħu innifsu, b’index li beda jiġi mbiddel kull ġimgħa, jew anke kuljum. Dan il-proċess dam sa’ Novembru 2004, fejn ġie mnieda bħala servizz beta, u ġie mniedi għal kollox fi Frar 2005. Is-servizz tat-tfittxija għall-istampi kien ipprovdut mill-kumpanija Picsearch. Is-servizz tat-tfittxija tal-Microsoft sar ukoll disponibbli għal search engines oħra, bl-għan li jiżdied is-sehem fis-suq.
Windows Live Search
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel verżjoni beta ta’ Windows Live Search ġiet imnedija fit-8 ta’ Marzu 2006, bħala sostituzzjoni għal MSN Search. Is-search engine il-ġdida issa kienet tinkludi tabs li kienu jinkludu Web, aħbarijiet, stampi, mużika, desktop, lokali, kif ukoll is-servizz tal-Microsoft Encarta.
Fil-bidla minn MSN Search għal Windows Live Search, Microsoft waqfet tuża s-servizz ta’ Picsearch għat-tfittxija tal-istampi, u minflok bdiet tuża s-servizz ġdid tagħha.
Live Search
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar il-21 ta’ Marzu, 2007, Microsoft ħabbret li kienet se tissepara s-servizz tat-tfittxija mill-bqija tas-servizzi tal-Windows Live. L-isem inbidel għal Live Search, u l-paġna tal-ftuħ ħadet dehra ġdida, bi stampa li bdiet tinbidel kuljum.
Fil-perjodu tas-servizz ta’ Live Search, saru diversi tibiliet, fejn fost oħrajn waqfu s-servizzi ta’ Live Search Books, u Live Search Academic, li ġew integrati fit-tfittxijiet ġenerali. Ftit wara, Windows Live Expo ukoll waqaf jopera mill-31 ta’ Lulju, 2008. Live search Macros, servizz li bih il-konsumatur seta’ joħloq search engine personaliżżata, ukoll twaqqaf, kif twaqqaf ukoll is-servizz ta’ Live Product Upload, Live Search Products, u Live Search QnA, b’tal-aħħar isir MSN QnA, li iżda twaqqaf ukoll nhar il-21 ta’ Mejju, 2009.
Microsoft għarfet li l-isem “Live” kien għadu joħloq konfużjoni fis-suq, u li għalekk l-isem kellu jinbidel kompletament. F’kampanja sabiex tinħoloq identita’ ġdida għas-servizz tat-tfittxija tal-Microsoft, Live Search sar uffiċjalment Bing, nhar it-3 ta’ Ġunju, 2009.
-
Il-Paġna prinċipali tal-MSN Search.
-
Il-Paġna prinċipali tal-Windows Live Search.
-
Il-Paġna prinċipali ta' Live Search.
-
Il-Paġna prinċipali ta' Bing.
Ftiehim ma’ Yahoo
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar id-29 ta’ Lulju, 2009 Microsoft u Yahoo ħabbru ftiehim ta’ 10 snin, li fih is-search engine tal-Yahoo issir dik ta’ Bing. Minn naħa l-oħra, Yahoo iżżomm 88% tal-profitt mill-bejgħ kollu fuq is-search engine fl-ewwel ħames snin tal-ftiehim, filwaqt li jkollha d-dritt tirreklama fuq xi websajts tal-Microsoft. Yahoo se żżomm id-dehra li dejjem kellha, pero’ eventwalment se jibda’ jidher il-logo ta’ Bing minflok.
Sehem fis-suq
[immodifika | immodifika s-sors]Qabel it-tnedija ta’ Bing, is-sehem tas-search engines tal-Microsoft kienu neżlin b’rata mgħaġġla. Minn meta ġie mniedi Bing, is-sehem mhux talli waqaf, iżda beda’ tiela, speċjalment fl-iStati Uniti, fejn Bing sab postu fit-tielet post wara Google u Yahoo bħala l-aktar search engine użat. Minn Mejju 2009, fejn is-search engine kellha 8% tas-suq, fi Frar telgħet għal 11.5%, skont il-figuri maħruġa minn ComScore.
Servizzi u Karatteristiċi
[immodifika | immodifika s-sors]Karatteristiċi fid-dehra
[immodifika | immodifika s-sors]- Bdil ta’ kuljum fl-istampa. L-istampi li jidhru fil-paġna tal-ftuħ jinbidlu kuljum, u bosta drabi jirrapreżentaw xi postijiet minn madwar id-dinja, binjiet famużi, kreaturi, u anke bnedmin. L-istampa ukoll tinkludi xi informazzjoni dwar is-suġġett tar-ritratt.
- Il-paġna tal-istampi turi l-istampa prinċipali tal-ġurnata, flimkien ma’ erba’ stampi oħra relatati mas-suġġett, li huma meħuda mit-tiftix għall-istampi.
- Fuq in-naħa tax-xellug tar-riżultati għat-tfittxija, kaxxa turi riżultati jixxiebhu, kategoriji differenti għar-riżultati tat-tfittxija, u storja ta’ tfittxija.
- Qabel ma wieħed jagħfas fuq ħolqa mir-riżultati għat-tfittxija, tidher parti żgħira mill-kontenut f’dik il-websajt.
- Fil-każ ta’ ċerti riżultati, il-paġna turi ukoll l-paġni u s-sezzjonijiet differenti taħt il-websajt prinċipali. Search Engines oħrajn bħal Google ukoll għandhom sistema simili)
- Xi informazzjoni dwar il-websajt ukoll tidher taħt kull riżultat.
- Fil-każ ta’ ċerti websajts, Bing ukoll juri n-numru għall-konsumatur fil-paġna tar-riżultati.
Karatteristiċi Multimedjali
[immodifika | immodifika s-sors]- Qabel ma’ wiehed jgħafas fuq vidjo, dehra tiegħu tibda’ tintwera awtomatikament.
- Is-servizz tat-tfittxija għall-istampi, jinkludi l-opzjoni sabiex wieħed jagħżel stampi skont il-qies, skema ta’ kuluri, stil u nies.
- Is-servizz tat-tfittxija għall-vidjos, jinkludi l-opzjonijiet għal tul, daqs tal-iskrin, riżoluzzjoni u sorsi.