Elezzjoni ġenerali ta' Malta 1898
It-tlettax il-elezzjoni ġenerali f’Malta saret fit-28 u d-29 ta’ Settembru 1898.[1]
Sfond
[immodifika | immodifika s-sors]L-elezzjonijiet saru taħt il-Kostituzzjoni Knutsford.[1] Għaxar membri ġew eletti minn kostitwenzi b'kandidat wieħed,[2] filwaqt li erba' membri oħra ġew eletti biex jirrappreżentaw in-nobbli u s-sidien tal-art, il-gradwati, il-kleru, u l-Kamra tal-Kummerċ.[3]
Distrett | Bliet |
---|---|
I | Valletta East |
II | Valletta West, Sliema, San Ġiljan |
III | Floriana, Pietà, Ħamrun, Msida |
IV | Bormla, Ħaż-Żabbar |
V | Birgu, Senglea |
VI | L-Imdina |
VII | Birkirkara |
VIII | Qormi |
IX | Żejtun |
X | Għawdex |
Sors: Schiavone, p.13 |
Riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]B’kollox ġew irreġistrati 9,863 persuna biex jivvutaw, li minnhom 3,128 tefgħu vot, li taw parteċipazzjoni ta’ 32%.[1] Paolo Sammut kien elett kemm fis-siġġu tan-nobbli u tas-sidien tal-art kif ukoll fis-siġġu tal-kostitwenza II, filwaqt li l-ebda kandidat ma ħareġ għas-siġġijiet tal-kleru u tal-Kamra tal-Kummerċ. Sammut għażel li jżomm is-siġġu għall-kostitwenza II, u fit-2 ta’ Ottubru saru elezzjonijiet każwali għat-tliet siġġijiet vakanti.[4]
Membri eletti ġenerali | |||
---|---|---|---|
Kostitwenza | Isem | Voti | Noti |
I | C Bugeli | 237 | |
II | Paolo Sammut | 416 | Rielett (qabel kien f'Kostitwenza X) |
III | Antonio Dalli | 239 | |
IV | F Cardona | 437 | |
V | Joseph Bencini | – | Bla oppożizzjoni |
VI | Nutar Petro Bartoli | 281 | |
VII | Fransesco Wettinger | 169 | Rielett |
VIII | Cesare Darmanin | 110 | Rielett |
IX | Salvatore Cachia Zammit | – | Bla oppożizzjoni |
X | Fortunato Mizzi | 346 | |
Special elected members | |||
Siġġu | Isem | Voti | Noti |
Nobbli u Sidien tal-Art | Paolo Sammut | 291 | Alfonso Maria Micallef elett f'elezzjoni każwai |
Gradwati | Andrè Pullicino | 275 | |
Kleru | – | – | Borg Olivier elett f'elezzjoni każwai |
Kamra tal-Kummerċ | – | – | Beniamino Bonnici elett f'elezzjoni każwai |
Source: Schiavone, p.179–180 |