Folivoru
Fiż-Żooloġija, Folivoru (mil-Latin "folia" - foli- li tfisser werqa u "vorare" - -voru li tfisser tibla u taħtaf l-ikel) hija definita bħala organiżmu erbivoru, li speċjalizza id-dieta tiegħu, billi jiekol weraq biss.
Il-weraq ġeneralment, parti kbira minnhom tkun magħmula minn ċellulosa li hija diffiċli ħafna biex tkun imkissra matul il-proċess tad-diġestjoni u minnbarra hekk jipprovdu relativament ftit li xejn enerġija. Għal din ir-raġjuni ħafna organiżmi, b' mod partikolari, l-mammiferi Folivori, għandhom tendenza li jkollhom is-sistema tad-diġestjoni (speċjalment l-imsaren) twila ħafna u metaboliżmu baxx u li jieħu l-ħin. Ħafna minn dawn matul id-diġestjoni jużaw l-għajnuna tal-batteri simbjotiċi biex ikunu jistgħu jieħdu u jassorbu n-nurijenti minn din id-dieta.
Eżempji ta' Annimali Folivori
[immodifika | immodifika s-sors]- Mammiferi: Okapi, Ghażżien, Kowala u speċi varji ta' Xadini.
- Għasafar: Ħowatzin ta' l-Amżonja u l-Kakapo ta' New Zealand.
- Rettili: Igwana