Mġarr
Mġarr | ||
---|---|---|
Malta | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Malta | |
Reġjuni ta’ Malta | Tramuntana | |
Kodiċi postali |
MGR | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 35°55′11″N 14°21′59″E / 35.9197°N 14.3664°EKoordinati: 35°55′11″N 14°21′59″E / 35.9197°N 14.3664°E | |
Superfiċjenti | 161 kilometru kwadru | |
Għoli | 89 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 3,629 abitanti (31 Marzu 2014) |
L-Imġarr, magħruf qabel bħala Mgiarro, huwa raħal żgħir fil-Majjistral tal-pajjiż ta' Malta. L-Imġarr huwa raħal rurali tipiku li jinsab f'reġjun iżolat, fil-Punent tal-Mosta. Huwa mdawwar bl-art agrikola sinjura u dwieli. Ħafna mill-3,014[1] abitanti huma bdiewa jew huma involuti f'xi tip ta' attività agrikola.
Storja u żvilupp
[immodifika | immodifika s-sors]L-Imġarr għandu żewġ siti preistoriċi importanti: Ta' Ħaġrat, li għadu fi stat tajjeb ta' konservazzjoni, li jinsab fiż-żona ħdejn iċ-ċentru tar-raħal; Ta' Skorba, skavat fl-1963, li jinsab barra l-villaġġ.
L-istorja tal-Imġarr hija dik ta' komunità tal-biedja minn diversi familji mill-Imdina. Mgiarro ngħatat mir-Re ta' Sqallija lill-familja Inguanez, u maż-żmien kienet mibjugħa lill-familja Falsone. Maż-żmien, l-art kienet maqsuma u mogħtija lid-dixxendenti.
Illum l-Imġarr kiber sew, għalkemm għadu meqjus baħal raħal, pajjiż b'arja nadifa friska bogħod mill-ibliet industrijali ewlenin ta 'Malta.
Inħawi tal-Imġarr qegħdin iħaddnu żoni diversi bħall-Binġemma, Wardija, Fomm ir-Riħ, Għajn Tuffieha u l-Bajja tal-Ġnejna. L-Imġarr huwa post ta' waqfien popolari għall-persuni fil-kampanja tagħha u għal dawk li jivvjaġġaw bil-karozzi għall-bajjiet fil-qrib. L-Iskola San Anton hija skola privata li tinsab fi ħdan wieħed mill-widien xeniċi tal-Imġarr.
Knisja
[immodifika | immodifika s-sors]Kien biss fil-bidu tas-seklu 20 li l-Imġarr bnew il-parroċċa tagħhom u l-knisja lesta għal kollox. Il-knisja għandha waħda mill-akbar koppli fid-dinja, wara tal-knisja tal-Mosta. Il-forma unika, dik tal-koppla ovali, hija attribwita mill-fondi estensivi miġbura mill-bejgħ tal-prodott tal-bajd lokalment: aktar minn 300,000 kienu mibjugħa fl-għajnuna tal-proġett.
Il-knisja parrokkjali ta' Santa Marija (l-Assunta) hija kopja minjatura tar-Rotunda Mosta. Il-bini tagħha beda fl-1912 u l-kien jiddependi fuq ix-xogħol volontarju u fuq il-kontribuzzjonijiet ġenerużi miksuba mill-parruċċani mill-bejgħ ta' prodotti tal-biedja. Minkejja l-isforzi kollha biex iħaffu x-xogħol, il-bini ma tlestiex qabel l-1946.
Il-knisja tinsab fuq art għolja u z-zuntier elevat tagħha għandu veduta tal-għelieqi u l-għoljiet tal-madwar. Fl-Imġarr għad hemm ħafna djar fit-toroq dojoq madwar il-knisja. Bini modern u proprjetà tad-djar huma żidiet ġodda għar-raħal.
Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr
[immodifika | immodifika s-sors]Il-membri attwali tal-kunsill lokali tal-Imġarr huma:
- Vella Paul (Sindku - PN)
- Vella Wistin (Vici-Sindku - PN)
- Gauci Clayton (PL)
- Borg Busuttil Tiziana (PL)
- Muscat Odette (PN)
Żoni fl-Imġarr
[immodifika | immodifika s-sors]- Abatija
- Ballut
- Binġemma
- Binġemma Gap
- Dar il-Ħamra
- Darrenzi
- Dwejra
- Fawwara
- Fomm ir-Riħ
- Ġnejna Bay
- Għajn Tuffieħa
- Għemieri
- Ħanxara
- Ħotba ta' San Martin
- Iċ-Ċagħaq
- Iċ-Ċarċar
- Id-Dahar
- Il-Għalqa
- L-Imselliet
- L-Iskorvit
- Lippija
- Misraħ Miet
- Ras il-Pellegrin
- Ras il-Wied
- Skorba
- Ta' Mrejnu
- Ta' Tewma
- Ta' l-Għajn
- Ta' Qarawas
- Tal-Faċċol
- Tal-Ħżejjen
- Tal-Palma
- Tal-Qanfud
- Tar-Ragħad
- Tas-Santi
- Wied Santi
- Wied tal-Ġnejna
- Wied ta' l-Imselliet
- Żebbiegħ
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Sors: Ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar 2005: Rapport Preliminari. Statistika Nazzjonali, Malta, 2006
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-mudell {{Sit uffiċjali}} għandu nieqes l-identifikatur u l-entità ma teżistix fuq Wikidata.