Ninu Cremona
Ninu Cremona | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Rabat, 27 Mejju 1880 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | Rabat, 4 Jannar 1972 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb |
Ninu Cremona (Rabat, Għawdex, 27 ta' Mejju 1880 – 4 ta' Jannar 1972) kien lingwista u kittieb Malti.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Ninu Cremona, magħruf bħala Is-Sur Nin, kien bin Feliċ u Margaret Pace mwielda fil-Munxar, Għawdex. Missieru miet meta Ninu kellu ħames snin u sentejn wara mar jgħix ma' zijuh f'Tuneż u wettaq l-edukazzjoni tiegħu fi skola tal-Freres u wara fil-kulleġġ Saint-Charles.[1] Meta kellu tmien snin ġie lura Malta u fl-1898 mar is-Seminarju ta' Għawdex u tal-Furjana, fejn hemmhekk sar jaf lil Dun Karm.[2]
Fl-1900, Cremona daħal skrivan mal-Gvern u fl-1904 sar Spettur tas-Sanità wara kors fl-Ashton School of Hygene fl-Università ta' Liverpool. Fl-1928 sar l-editur responsabbli għat-traduzzjonijiet u għall-pubblikazzjonijiet kollha tal-Gvern. Cremona kien jgħallem il-Malti fil-klassijiet ta' filgħaxija u fl-1936 kien l-ewwel għalliem tal-Malti fil-Liċeo. Kien ukoll eżaminatur tal-Malti fl-Università.
Ħidma b'risq l-ilsien Malti
[immodifika | immodifika s-sors]Cremona kien wieħed mill-Fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti.[3] Kien Viċi President tagħha u wieħed mill-edituri ta' Il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda. L-ikbar sehem tiegħu b'risq il-Malti kien fit-tfassil tal-ortografija Maltija – li fiha għenu Ġanni Vassallo, bil-ktieb Tagħrif fuq il-Kitba Maltija li ħareġ fl-1924.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Dramm
- Il-Fidwa tal-Bdiewa, dramm mibni fuq l-istruttura klassika tal-Griegi.
- Weraq mar-Riħ (1932)
- Rand u Rihan (1945)
- Mis-Siġra ta' Ħajti (1970)
Novelli
- Ktajjen Maqtugħa (1968)
Lingwistika
- X'inhu l-Malti Safi (1925)
- A Manual of Maltese Orthography and Grammar (1929)
- Tagħlim fuq il-Kitba Maltija (1935, 1938)
- A Historical Review of the Maltese Language (1945)
Riċerka
- Mikiel Anton Vassalli u Żminijietu (1937), bijografija li ġiet tradotta minn May Butcher, Vassalli and his times fl-1940.
- L'Antica Fondazione della Scuola di Lingua Araba in Malta (1955)
- La Marina Maltese dal Medio Evo all'Epoca Moderna (1964)
Folklor
- Maltese Funeral Customs (1922)
- Race, Language, and Myth (1922)
- Mourning and Funeral Customs in Malta (1923)
- Some Myths and Beliefs in Maltese Folklore (1923)
- Weather and Husbandry Lore in the Isles of Malta (1925)
- Is the Maid of Mosta a Myth? (1934)
- Folklore u Lsien Malti (1944).
Fl-1970, Cremona ppubblika ħafna mix-xogħlijiet tiegħu ta' proża f'Antoloġija ta' Proża Maltija.
Titli u unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Midalja tad-Deheb Ġużè Muscat Azzopardi (1946)
- Dottorat Honoris Causa fil-Letteratura għall-ħidma kbira tiegħu fil-qasam letterarju, grammatikali u xjentifiku tal-ilsien Malti, mill-Università Rjali ta' Malta (1960)
- Fil-21 ta’ Settembru 1969 ingħata l-Midalja tal-Fidda tal-Mertu mill-Konfederazzjoni tal-Kunsilli Ċiviċi. Fl-40 anniversarju ta’ mewtu, ġiet organizzata wirja dwar ħajtu u x-xogħol tiegħu fil-Banca Giuratale.[4]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ A. J. Arberry (1960). Maltese Anthology.
- ^ Thomas Stolz (15 June 2012). ILSIENNA - Our Language- Vol. 2, 2012. Brockmeyer Verlag. pp. 106–. ISBN 978-3-8196-0857-5.
- ^ Manwel Mifsud (1995). Loan Verbs in Maltese: A Descriptive and Comparative Study. BRILL. pp. 31–. ISBN 90-04-10091-1.
- ^ "Exhibition marking 40th anniversary of Ninu Cremona' death" (bl-Ingliż). 2011-12-30. Miġbur 2021-05-16.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ninu Cremona (Ninu Cremona) |
- Sit web tal-Akkademja tal-Malti