Salamanca
Salamanca | |||
---|---|---|---|
Spanja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Spanja | ||
Autonomous community of Spain | Kastilja u León | ||
Provinċja ta' Spanja | provinċja ta' Salamanca | ||
Kap tal-Gvern | Carlos Manuel García Carbayo (en) | ||
Isem uffiċjali | Salamanca | ||
Ismijiet oriġinali | Salamanca | ||
Kodiċi postali |
37001–37009 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 40°57′54″N 5°39′51″W / 40.965°N 5.6642°WKoordinati: 40°57′54″N 5°39′51″W / 40.965°N 5.6642°W | ||
Superfiċjenti | 39.56 kilometru kwadru | ||
Għoli | 798 m | ||
Fruntieri ma' | Santa Marta de Tormes (en) , Carbajosa de la Sagrada (en) , Arapiles, Castile and León (en) , Aldeatejada (en) , Carrascal de Barregas (en) , Doñinos de Salamanca (en) , Villamayor (en) , Villares de la Reina (en) u Cabrerizos (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 143,954 abitanti (2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
923 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1 | ||
bliet ġemellati | Coimbra, Nîmes, Würzburg, Bruges, Buenos Airesu Las Palmas de Gran Canaria | ||
salamanca.es |
Salamanca (SAL-ə-MANK-ə, pronunzja bl-Ispanjol: [salaˈmaŋka]) hija belt li tinsab fil-Punent ta' Spanja u hija l-belt kapitali tal-Provinċja ta' Salamanca fil-komunità awtonoma ta' Kastilja u León. Il-belt tinsab fuq diversi għoljiet telgħin u neżlin max-xmara Tormes. Iċ-ċentru storiku tal-belt tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.[1] Mill-2018, il-muniċipalità għandha popolazzjoni ta' 143,978 ruħ.[2]
Hija waħda mill-iktar bliet universitarji importanti fi Spanja u tipprovdi 16 % tas-suq ta' Spanja fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwa Spanjola.[3][4] Fil-fatt fi Spanja jgħidu "Quien quiere aprender, viene a Salamanca" (Min irid jitgħallem, missu jiġi Salamanca). Salamanca tattira eluf ta' studenti internazzjonali.[5]
L-Università ta' Salamanca, stabbilita fl-1218, hija l-iktar università antika fi Spanja u t-tielet l-iktar università antika tal-Punent. Il-Papa Alessandru IV ta l-validità universali għal-lawriji tagħha.[6] L-università tilqa' 30,000 student u flimkien mat-turiżmu hija sors primarju ta' introjtu f'Salamanca.
Il-belt tinsab fir-rotta magħrufa bħala Via de la Plata tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu lejn Santiago de Compostela.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-belt toriġina bħala forti Ċeltiberiku tal-perjodu ta' qabel ir-Rumani, li nbena mill-Vaccaei jew il-Vettones bħala wieħed minn żewġ fortijiet biex jiddefendu t-territorju ta' madwarhom ħdejn ix-xmara Duero. Fil-220 Q.K., Annibale assedja l-forti u ħakmu. Bil-waqgħa tal-Kartaġiniżi meta ġew ir-Rumani, il-belt ta' Helmantica[8], kif kienet magħrufa dak iż-żmien, bdiet tikseb iktar importanza bħala ċentru kummerċjali fil-Hispania Lusitania Rumana minħabba l-pożizzjoni ġeografika strateġika u favorevoli f'mogħdija Rumana, magħrufa bħala Vía de la Plata, li kienet tikkollegaha ma' Emerita Augusta (magħrufa llum bħala Mérida) fin-Nofsinhar u Asturica Augusta (magħrufa llum bħala Astorga) fit-Tramuntana. Il-pont ta' Tormes f'Salamanca, li nbena fl-ewwel seklu, kien jagħmel parti minn din il-mogħdija.
L-oriġini ta' isem il-belt mhijiex magħrufa. Polibju jsejħilha Helmantike, filwaqt li Tolomew isejħilha Salmatike. Tito Livio u Plutarku jsejħulha Hermandica u Salmatike, rispettivament. Polienu jsejħilha Salmantida jew Salmatis. F'leġġenda dwar it-twaqqif tal-belt, il-belt tiġi assoċjata ma' Teucer, ir-re mitoloġiku ta' Salamis.
Bil-waqgħa tal-Imperu Ruman, l-Alani stabbilew ruħhom fil-Lusitania. Iktar 'il quddiem il-belt inħakmet mill-Visigoti u ġiet inkluża fit-territorju tagħhom. Il-belt diġà kienet sede episkopali, u fil-fatt instabu l-firem tal-isqfijiet ta' Salamanca fil-Kunsilli ta' Toledo.
Salamanca arrendiet għall-invażjoni tal-Umayyad, immexxija minn Musa bin Nusair fis-712 W.K. Fiż-żona minn din il-belt max-xmara Tormes sat-Tramuntana tax-xmara Duero mbagħad saru bosta battalji bejn ir-renji Kristjani u l-mexxejja Musulmani ta' Al-Andalus. Il-ġlied kostanti tar-Renju ta' León, iktar 'il quddiem imsaħħaħ mir-Renju ta' Kastilja, kontra l-Kaliffat wassal biex il-popolazzjoni ta' Salamanca tonqos ferm, saħansitra sa livell ta' insedjament mhux daqstant importanti. Wara l-Battalja ta' Simancas (939), il-Kristjani reġgħu insedjaw din iż-żona. Wara l-ħakma ta' Toledo fl-1085 minn Alfonso VI ta' León u Kastilja, seħħ l-insedjament mill-ġdid definittiv tal-belt. Raimundo ta' Bourgogne, fuq l-istuzzjonijiet ta' missieru tar-rispett Alfonso VI ta' León, mexxa grupp ta' insedjaturi ta' oriġini varja fl-1102.
Wieħed mill-iktar mumenti importanti fl-istorja ta' Salamanca kienet is-sena 1218, meta Alfonso IX ta' León ta karta reali lill-Università ta' Salamanca, għalkemm it-tagħlim formali kien ilu jeżisti hemmhekk mill-1130. F'qasir żmien saret wieħed mill-iktar ċentri akkademiċi sinifikanti u prestiġjużi fl-Ewropa.
Is-seklu 15 ġab miegħu kunflitti soċjali u tensjonijiet fost l-eliti urbani (żvilupp kumpless li spiss ma jiġix enfasizzat biżżejjed huwa t-tilwim intern bejn il-bandos), b'episodji gravi ta' vjolenza, li kienu jqanqlu sensazzjoni kronika ta' nuqqas ta' sigurtà fil-belt.[9]
Lejn l-aħħar tas-seklu 15, kien stmat li l-popolazzjoni kienet xi 15,000–25,000 ruħ.[10] Mal-bidu tas-seklu 16, il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni kienet tgħix fix-xatt tal-lemin (Tramuntana) tax-xmara Tormes, b'arrabal żgħir fix-xatt tax-xellug (Nofsinhar) li kien abitat minn bejn wieħed u ieħor 300 ruħ biss.[11]
Matul is-seklu 16, il-belt għaddiet minn żmien tad-deheb (madwar 6,500 student u popolazzjoni totali ta' 24,000 ruħ). Matul dak il-perjodu, l-Università ta' Salamanca ospitat l-iktar intellettwali importanti ta' dak iż-żmien; dawn il-gruppi ta' studenti u studjużi, il-maġġoranza tagħhom Dumnikani, ġew iddeżinjati bħala l-Iskola ta' Salamanca. Id-duttrina ġuridika tal-Iskola ta' Salamanca kienet tirrappreżenta t-tmiem tal-kunċetti Medjevali tad-dritt, u stabbiliet il-korp fundamentali tad-dritt Ewropew u tal-kunċetti tal-moralità, inkluż id-drittijiet bħala ħlejqa ħajja, bħad-dritt għall-ħajja, id-drittijiet ekonomiċi, bħad-dritt li tkun sid ta' proprjetà, u d-drittijiet spiritwali, bħad-drittijiet għal-libertà tal-ħsieb u d-drittijiet relatati mad-dinjità umana intrinsika.
Fl-1551, l-Imperatur Ruman Sagru Karlu V ordna inkjesta biex jiġi vverifikat jekk ix-xjenza ta' Andreas Vesalius, fiżiku u anatomista, kinitx konformi mad-duttrina Kattolika. Vesalius ġie Salamanca f'dik l-istess sena biex jidher quddiem il-bord tal-inkjesta u nħeles minn kull akkuża.
Matul is-seklu 17, Salamanca batiet minħabba t-taqlib ġenerali tar-Renju ta' Kastilja, iżda fis-seklu 18 reġgħet ħadet il-ħajja. F'dan il-perjodu, il-katidral Barokk ġdid u l-pjazza prinċipali (Plaza Mayor) tlestew.
Fix-xenarju tal-Gwerra Peniżolari tal-Gwerer ta' Napuljun, il-Battalja ta' Salamanca seħħet fit-22 ta' Lulju 1812 fl-għelieqi viċin Arapiles, fejn armata Anglo-Portugiża mmexxija minn Wellington rebħet b'mod deċiżiv kontra l-armata Franċiża ta' Marmont. Il-kwartier tal-Punent ta' Salamanca ġie mġarraf sew bil-balal tal-kanuni u bil-porvli. Il-battalja li faqqgħet dakinhar baqgħet famuża bħala mument storiku fl-istorja militari u 13,000 suldat mietu jew indarbu fi żmien ftit sigħat biss.[12]
Matul il-Gwerra Ċivili Spanjola devastanti (1936-1939), il-belt malajr xaqilbet man-naħa Nazzjonalista u ntużat temporanjament bħala l-kwartieri ġenerali de facto għall-fazzjoni ribelli. Francisco Franco ġie pproklamat Generalissimo fil-21 ta' Settembru 1936 meta kien fil-belt. F'April 1937, il-FET y de las JONS, l-unika partit tad-dittatura, inħoloq permezz ta' Digriet tal-Unifikazzjoni maħruġ fil-belt mal-fużjoni tal-Falange tal-faxxisti u l-Karlisti tradizzjonalisti. In-Nazzjonalisti ma damux ma ċaqilqu l-biċċa l-kbira tal-istabbilimenti amministrattivi lejn Burgos, li peress li kienet iktar ċentrali, kienet iktar adattata għal dan l-iskop. Madankollu, xi stabbilimenti amministrattivi, il-kwartieri ġenerali ta' Franco (fil-Palazz Episkopali, maġenb il-Katidral l-Antik) u l-kmandi militari baqgħu f'Salamanca, flimkien mad-delegazzjonijiet Faxxisti Ġermaniżi u Taljani, u b'hekk kienet il-kapitali Nazzjonalista u ċ-ċentru tal-poter de facto matul il-Gwerra Ċivili kollha.[13][14] Bħall-biċċa l-kbira tar-reġjuni Kattoliċi u rurali ta' Leon u Kastilja, Salamanca baqgħet tappoġġa bil-kbir lin-Nazzjonalisti u lir-reġim ta' Francisco Franco sal-aħħar.
Fl-1988, iċ-ċentru storiku ta' Salamanca sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fl-1998, il-belt ġiet iddikjarata Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2002 (flimkien ma' Bruges). Fl-14 u fil-15 ta' Ottubru 2005, il-belt ospitat il-ħmistax-il Summit Ibero-Amerikan tal-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern.
Mill-1996, Salamanca ġiet iddeżinjata bħala s-sit għall-arkivji tal-Gwerra Ċivili Spanjola (bl-Ispanjol: Archivo General de la Guerra Civil Española). Id-dokumenti oriġinali nġabru flimkien mir-reġim ta' Franco, wara li kienu nkisbu b'mod selettiv mid-dipartimenti amministrattivi ta' diversi istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet matul il-Gwerra Ċivili Spanjola bħala strument repressiv li ntuża kontra l-gruppi u l-individwi tal-oppożizzjoni.[15] Il-gvern Soċjalista ċaqlaq il-parti Katalana tal-arkivju lejn Barċellona fl-2006 minkejja l-oppożizzjoni mill-awtoritajiet lokali u protesti popolari.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-ċentru storiku ta' Salamanca ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”; il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”.[1]
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Pożizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-belt tinsab max-xtut tax-xmara Tormes, tributarja maġġuri tax-xatt tax-xellug tax-xmara Douro. Hija parti wkoll mill-Vía de la Plata, mogħdija antika min-Nofsinhar sat-Tramuntana tal-Punent ta' Spanja.[16] Tinsab madwar 200 kilometru (120 mil) fil-Punent tal-belt kapitali Spanjola ta' Madrid[17] u 80 kilometriu (50 mil) fil-Lvant tal-fruntiera bejn Spanja u l-Portugall.
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]B'altitudni ta' iżjed minn 800 metru, Salamanca għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan (Csb) skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, b'xi influwenzi klimatiċi semiaridi kesħin (BSk), li jirriżultaw f'varjazzjonijiet kbar fit-temperaturi ta' binhar. B'hekk ikollha sjuf sħan u xtiewi kesħin, u livelli ta' preċipitazzjoni kważi semiaridi. Salamanca ma tantx għandha staġun tax-xita. Il-biċċa l-kbira tal-preċipitazzjoni tinżel meta ma jkunx is-sajf, l-iktar fl-aħħar tar-rebbiegħa u matul ix-xitwa; fix-xtiewi kollha tinżel il-borra għal ftit jiem fis-sena, għalkemm qajla jkun hemm ħafna borra.[18] Bħala medja l-belt ikollha xi sebat ijiem ta' borra fis-sena, u l-ġlata filgħodu matul ix-xitwa hija xi ħaġa komuni u normali ħafna. Salamanca, bħala medja, ikollha 76 jum b'temperaturi baxxi taħt iż-żero.[19]
Data klimatika għall-Ajruport ta' Salamanca; 790 m (2,590 pied) temp. normali 1981-2010, estremi 1945-2021 | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord °C (°F) | 19.8
(67.6) |
25.0
(77.0) |
25.8
(78.4) |
31.0
(87.8) |
34.5
(94.1) |
38.6
(101.5) |
39.8
(103.6) |
41.0
(105.8) |
39.0
(102.2) |
31.0
(87.8) |
24.8
(76.6) |
19.7
(67.5) |
41.0
(105.8) |
Temp. għolja medja °C (°F) | 8.6
(47.5) |
11.2
(52.2) |
14.9
(58.8) |
16.5
(61.7) |
20.6
(69.1) |
26.6
(79.9) |
30.0
(86.0) |
29.5
(85.1) |
25.1
(77.2) |
18.9
(66.0) |
12.8
(55.0) |
9.4
(48.9) |
18.7
(65.7) |
Temp. medja kuljum °C (°F) | 4.0
(39.2) |
5.5
(41.9) |
8.3
(46.9) |
10.1
(50.2) |
14.0
(57.2) |
18.8
(65.8) |
21.5
(70.7) |
21.1
(70.0) |
17.6
(63.7) |
12.6
(54.7) |
7.9
(46.2) |
4.9
(40.8) |
12.2
(54.0) |
Temp. baxxa medja °C (°F) | −0.7
(30.7) |
−0.2
(31.6) |
1.7
(35.1) |
3.8
(38.8) |
7.3
(45.1) |
11.0
(51.8) |
12.9
(55.2) |
12.6
(54.7) |
10.0
(50.0) |
6.4
(43.5) |
2.4
(36.3) |
0.4
(32.7) |
5.6
(42.1) |
Temp. baxxa rekord °C (°F) | −15.6
(3.9) |
−20.0
(−4.0) |
−9.0
(15.8) |
−5.5
(22.1) |
−2.3
(27.9) |
2.0
(35.6) |
5.0
(41.0) |
4.5
(40.1) |
0.4
(32.7) |
−4.7
(23.5) |
−10.6
(12.9) |
−12.0
(10.4) |
−20.0
(−4.0) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (inches) | 30
(1.2) |
25
(1.0) |
21
(0.8) |
38
(1.5) |
47
(1.9) |
29
(1.1) |
11
(0.4) |
12
(0.5) |
32
(1.3) |
46
(1.8) |
40
(1.6) |
42
(1.7) |
372
(14.6) |
Medja ta' jiem bi preċipitazzjoni | 6 | 5 | 5 | 7 | 8 | 4 | 2 | 2 | 4 | 7 | 7 | 7 | 64 |
Medja ta' jiem bil-borra | 2 | 2 | 1 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 1 | 7 |
Umdità relattiva medja (%) | 82 | 73 | 63 | 62 | 59 | 52 | 47 | 51 | 59 | 71 | 79 | 83 | 65 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 118 | 154 | 211 | 224 | 265 | 317 | 358 | 330 | 251 | 183 | 130 | 104 | 2,667 |
Sors: Agencia Estatal de Meteorología[20][21] |
Università
[immodifika | immodifika s-sors]L-Università ta' Salamanca ġiet stabbilita fl-1134 u fl-1218 ingħatat il-karta rjali tat-twaqqif ("Estudio General") mingħand Alfonso IX ta' León. Kienet l-ewwel università li rċeviet it-titlu ta' "Università" fl-1254. Taħt il-patroċinju ta' Alfonso X, il-ġid u r-reputazzjoni tagħha kibru ferm (1252-1282), u l-iskejjel tagħha tad-dritt kanoniku u tad-dritt ċivili attiraw studenti saħansitra mill-Universitajiet ta' Pariġi u ta' Bologna. Fis-seklu 16, il-ġid tal-belt kien jiddependi fuq dak tal-università. Dak iż-żmien Kristofru Kolombu kien jagħti lekċers hemmhekk dwar l-iskoperti tiegħu, filwaqt li Hernán Cortés tgħallem f'Salamanca, iżda reġa' lura d-dar fl-1501 meta kellu 17-il sena, mingħajr ma temm il-kors ta' studju tiegħu. Xi għaxar snin wara, il-conquistador Francisco Vásquez de Coronado twieled f'Salamanca.
Ekonomija
[immodifika | immodifika s-sors]L-ekonomija tal-belt hija ddominata mill-università u mit-turiżmu, iżda setturi oħra, fosthom l-agrikoltura u t-tkabbir tal-annimali, kif ukoll il-kostruzzjoni u l-manifattura huma sinifikanti wkoll. Mhux kumbinazzjoni li f'Diċembru 2007, 83 % tal-forza tax-xogħol tal-belt, jiġifieri 55,838 ruħ, kienu impjegati fis-settur tas-servizzi.[22]
Industrija
[immodifika | immodifika s-sors]L-attività industrijali tirrappreżenta madwar 5 % tal-popolazzjoni tal-forza tax-xogħol, jew 3,340 impjegat f'iktar minn 360 negozju.[22] Tnejn mill-ikbar negozji, it-tnejn li huma fost il-mitt l-ikbar impriżi fir-reġjun, huma l-manifattur tal-vaċċini veterinarji "Laboratorios Intervet", u l-manifattur speċjalista tal-fertilizzanti "S.A. Mirat", li hija l-iktar kumpanija industrijali antika tal-belt, stabbilita oriġinarjament bħala fabbrika tal-lamtu fl-1812.[23]
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Toroq
[immodifika | immodifika s-sors]Awtostradi
- A50: Autovía de la Cultura: Ávila - Salamanca
- A62: Autovía de Castilla: Burgos - Valladolid - Salamanca - Ciudad Rodrigo.
- A66: Autovía Ruta de la Plata: Gijón - Oviedo - Mieres - Puerto de Pajares - León - Benavente - Zamora - Salamanca - Béjar - Plasencia - Mérida - Sevilla.
- SA-11: Aċċess għal Salamanca mit-Tramuntana.
- SA-20: Aċċess għal Salamanca min-Nofsinhar.
Toroq oħra
- N-501: Ávila - Peñaranda de Bracamonte - Salamanca.
- N-620: Burgos - Venta de Baños - Valladolid - Tordesillas - Salamanca - Ciudad Rodrigo - Portugall.
Ajruport
[immodifika | immodifika s-sors]L-Ajruport ta' Salamanca, li qiegħed fil-bażi militari ta' Matacán, jinsab madwar 14-il kilometru (disa' mili) fil-Lvant tal-belt.
Trasport pubbliku
[immodifika | immodifika s-sors]Hemm 13-il linja tal-karozzi tal-linja li joperaw binhar u żewġ linji li joperaw billejl. Barra minn hekk, ġiet proposta linja tat-tramm.[24]
Kultura u sport
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2005, Salamanca ċċelebrat il-250 anniversarju tal-kostruzzjoni tal-Plaza Mayor b'għadd ta' avvenimenti Ewropej bit-tema Plaza Mayor de Europa.
Festi u festivals
[immodifika | immodifika s-sors]Ġimgħa Mqaddsa
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Ġimgħa Mqaddsa (bl-Ispanjol: Semana Santa) f'Salamanca hija l-iktar festa magħrufa fil-belt. Salamanca hija rinomata għall-purċissjonijiet solenni li jsiru matul il-Ġimgħa Mqaddsa. 16-il konfraternità, 10,000 persuna jew "cofrades", u 50 vara jew "pasos" jiċċelebraw il-Passjoni ta' Kristu b'20 purċissjoni u eluf ta' fidili, turisti u viżitaturi.
Uħud miċ-ċelebrazzjonijiet ilhom isiru għal sekli sħaħ. Il-konfraternitajiet iġorru pasos artistiċi maħluqa minn artisti Spanjoli importanti bħal Luis Salvador Carmona, Alejandro Carnicero jew Mariano Benlliure. Fl-2003, il-festa tal-Ġimgħa Mqaddsa ta' Salamanca kisbet dikjarazzjoni uffiċjali li hija ta' Interess Turistiku Internazzjonali.[25]
Oħrajn
[immodifika | immodifika s-sors]Salamanca hija famuża wkoll fi Spanja kollha u fil-bqija tal-Ewropa għaċ-ċelebrazzjonijiet tagħha tan-"Nochevieja Universitaria", jiġifieri l-"Lejla tas-Sena l-Ġdida Universitarja".[26] Normalment issir nhar il-Ħamis tal-aħħar ġimgħa skolastika f'Diċembru u ġimagħtejn qabel lejliet l-Ewwel tas-Sena l-Ġdida reali. Dakinhar, l-istudenti jinġemgħu fil-Plaza Mayor ta' Salamanca biex jaraw spettakli mingħajr ħlas u jsejħu flimkien l-aħħar sekondi qabel nofsillejl.
Sport
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-1923 'il quddiem, "Los Charros,” formalment l-Union Deportiva Salamanca, kienu t-tim tal-futbol ta' Salamanca. Fl-2013, il-klabb tal-futbol falla u l-attivitajiet tiegħu ġew abbandunati.[27] Wara li l-klabb xolja, xi maniġers tal-entità ddeċidew li jerġgħu jistabbilixxu t-tim biex jerġa' jibda jikkompeti skont il-legat tal-klabb storiku. B’hekk stabbilew il-Club de Fútbol Salmantino.
L-ewwel qabża f'għoli ta' iżjed minn tmien piedi (2.44 metri) saret f'Salamanca, minn Javier Sotomayor fl-1993. Il-qabża tiegħu, ta' 2.45 metri (tmien piedi u 0.46 pulzieri), għadha rekord dinji ta' dik id-dixxiplina.
Timijiet lokali
[immodifika | immodifika s-sors]- Salamanca CF, tim tal-futbol.
- Unionistas de Salamanca CF, tim tal-futbol.
- CB Avenida, tim tal-basketball.
Ċinema
[immodifika | immodifika s-sors]Ix-xenarju pittoresk tal-belt deher f'diversi films, fosthom 1492: Conquest of Paradise ta' Ridley Scott u Goya's Ghosts ta' Miloš Forman. Il-film storiku tal-2019 While at War ta' Alejandro Amenábar huwa ambjentat f'Salamanca u fih diversi xeni li nġibdu fil-belt. It-thriller politiku tal-2008 Vantage Point kien ambjentat ukoll f'Salamanca, għalkemm il-film inġibed kważi esklużivament fil-Messiku.
Gastronomija
[immodifika | immodifika s-sors]Fost il-bosta ikliet lokali, iċ-chanfaina (ross fuq l-istim bil-laħam tal-majjal) hija popolari ħafna. Ikla popolari oħra hija l-cocido, stuffat taċ-ċiċri li jitħalla jtektek fuq in-nar biex isir. Madankollu, l-iktar ikla popolari hija l-hornazo, torta tal-laħam.
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Fernando Gallego (1440–1507), pittur Spanjol
- Miguel de Unamuno (1864–1936), kittieb, professur tal-Grieg, u rettur tal-università
- José María Lamamié de Clairac y Colina (1887-1956), politiku
- José María Gil-Robles (1898–1980), politiku
- Francisco Rodríguez Adrados (1922–2020), Ellenista, lingwista u traduttur
- Eleuterio Sánchez (twieled fl-1942), eks ħalliel Spanjol, illum avukat
- Vicente del Bosque (twieled fl-1950), plejer u kowċ tal-futbol
- José Ignacio Sánchez Galán (born 1950), inġinier u maniġer Spanjol
- Yann Martel (twieled fl-1963), kittieb Kanadiż
- Óscar González Marcos (twieled fl-1982), plejer tal-futbol professjonali Spanjol
- Álvaro Arbeloa (born 1983), plejer tal-futbol professjonali Spanjol
- Fernando Vérgez Alzaga (twieled fl-1 ta' Marzu 1945), Segretarju Ġenerali tal-Governorat tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan
- Charo Lopez (twieldet fl-1943), attriċi Spanjola
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Old City of Salamanca". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Ir-Reġistru Muniċipali ta' Spanja tal-2018. L-Istitut Nazzjonali għall-Istatistika.
- ^ El Castellano. "Noticias - Salamanca: enseñanza de español mueve 46 millones de euros". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-25. Miġbur 2021-07-22.
- ^ "Salamanca Ciudad del Español". www.espanolensalamanca.com. Miġbur 2021-07-22.
- ^ "La USAL inaugura los cursos de verano con 2.000 estudiantes extranjeros | elmundo.es". www.elmundo.es. Miġbur 2021-07-22.
- ^ "medieval3". campus.usal.es. Miġbur 2021-07-22.
- ^ Blanco-González, Antonio; Macarro Alcalde, Carlos; Alario García, Cristina (2017). "La aldea del Hierro Inicial del Cerro de San Vicente (Salamanca, España): Resultados de las excavaciones entre 1990 y 2006 a la luz de algunos debates actuales" (PDF). Munibe Antropologia-Arkeologia. San Sebastián: Aranzadi Zientzia Elkartea (68): 217–236. ISSN 1132-2217.
- ^ "History of Salamanca - Salamanca The City to learn Spanish". www.espanolensalamanca.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Monsalvo, José María (2009). "Las violencias banderizas en la Salamanca medieval. Algunos problemas de interpretación". Imago Temporis: Medium Aevum. Lleida: Universitat de Lleida. III: 469–470. ISSN 1888-3931.
- ^ Martín Martín, José Luis (1982). "Estructura demográfica y profesional de Salamanca a finales de la Edad Media". Salamanca. Revista de Estudios (1): 16. ISSN 0211-9730.
- ^ Martín Martín, José Luis (1982). "Estructura demográfica y profesional de Salamanca a finales de la Edad Media". Salamanca. Revista de Estudios (1): 16. ISSN 0211-9730. p. 28.
- ^ "Masterstroke at the Battle of Salamanca" (bl-Ingliż). 2020-01-29. Miġbur 2021-07-22.
- ^ Hugh Thomas, p. 550.
- ^ Hugh Thomas, p. 650.
- ^ Monfort, César Carreras; Cabrillana, Glòria Munilla (5 August 2017). "Patrimoni digital: un nou mitjà al servei de les institucions culturals". Editorial UOC.
- ^ Vaca Lorenzo, Ángel (2002). "La Vía de la Plata a su paso por Salamanca" (PDF). Salamanca. Revista de Estudios. Salamanca: Diputación Provincial de Salamanca (48): 13–50. ISSN 0211-9730.
- ^ "Madrid to Salamanca". Madrid to Salamanca (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ d.o.o, Yu Media Group. "Salamanca, Spain - Detailed climate information and monthly weather forecast". Weather Atlas (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Salamanca Aeropuerto: Salamanca Aeropuerto - Agencia Estatal de Meteorología - AEMET. Gobierno de España". www.aemet.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Salamanca Aeropuerto: Salamanca Aeropuerto - Agencia Estatal de Meteorología - AEMET. Gobierno de España". www.aemet.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-07-22.
- ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Salamanca Aeropuerto: Salamanca Aeropuerto - Valores extremos absolutos - Selector - Agencia Estatal de Meteorología - AEMET. Gobierno de España". www.aemet.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-07-22.
- ^ a b cajaespana.es (2009). "Salamanca - Datos Económicos y Sociales".
- ^ "mirat" (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-07-22.
- ^ 20minutos (2008-06-09). "Presentan un estudio de viabilidad para la implantación del tranvía en Salamanca". www.20minutos.es - Últimas Noticias (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-07-22.
- ^ "Turismo de Salamanca". www.salamanca.es. Miġbur 2021-07-22.
- ^ "NocheVieja Universitaria « Drink Ribera. Drink Spain. DO. Ribera del Duero". web.archive.org. 2013-01-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-01-18. Miġbur 2021-07-22.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "La RFEF desciende a la UDS por las deudas con los futbolistas". www.lagacetadesalamanca.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-07-22.
- ^ León, Diario de. "Salamanca". Diario de León (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-07-22.
- ^ "Lirios en el Parque Würzburg, la imagen de hoy de Puparelli". www.lagacetadesalamanca.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-07-22.