Aqbeż għall-kontentut

San Franġisk ta' Paola

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
San Franġisk ta' Paola
Ħajja
Twelid Paola, 27 Marzu 1416
Mewt Church of the Minims (en) Translate, 2 April 1507
Post tad-dfin Church of the Minims (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni anchorite (en) Translate
Festa
2 ta' April

San Franġisk ta' Paola (1416 – 1507) kien fundatur tal-Ordni reliġjuża tal-Minimi.

Il-ġenituri ta’ San Franġisk li kienu joqogħdu f’Paola, f’Kalabrija, l-Italja, baqgħu bla tfal għal ħmistax-il sena. Imbagħad kellhom tlieta wara xulxin. Il-kbir fosthom, Robertu, twieled fl-1416. Meta Robertu kien għadu żgħir, intefħitlu għajnu x-xellugija hekk li kien hemm periklu li kien ser jagħma minnha. Il-ġenituri tiegħu għamlu wegħda ma San Franġisk t’Assisi li jekk ifiq ilibbsuh il-libsa tal-Patrijiet Franġiskani u jibgħatuh għal sena jgħix f’kunvent ta’ l-Ordni. U fieq. Din il-wegħda ħelisha meta kellu tlettax-il sena. Wara, flimkien mal-ġenituri tiegħu mar pellegrinaġġ, u żar Ruma, Assisi u Loretu.

Monastiċiżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

Meta kellu ħmistax, bidel ismu f’Franġisku, u mar jgħix għalih waħdu fuq biċċa art ta’ missieru, sakemm sab għar u beda jgħix fih. Żewġ żgħażagħ saru jafu bih u marru jgħixu miegħu. Fl-1435, bnew kappella u tliet ċelel. Qassis mill-parroċċa kien imur iqaddsilhom. In-numru ta’ żgħażagħ li bdew imorru jissieħbu miegħu baqa’ dejjem jikber, u fl-1454, bl-għajnuna tal-poplu bena kunvent u knisja, u l-membri bdew jgħixu f’Regola ta’ faqar, umilta’ u sawm kuljum. San Franġisk semma din il-Komunita’ tiegħu, ”L-Ordni tal-Minimi” (L-iċken fost l-iżgħar).

Ħabib tar-Rejiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Fuq ix-xewqa tal-Papa Sistu IV, mar jassisti lir-Re Lwiġi XI ta’ Franza, li kien qed imut. Il-Papa offra li jordnah saċerdot biex jaqdi aħjar il-missjoni tiegħu, iżda Franġisku talbu minn qalbu jħallih lajk. Wara l-mewt tar-Re Lwiġi, Karlu VIII, u warajh Lwiġi XII, żammewh fi Franza, li bis-saħħa t’hekk, San Franġisk kiseb ħafna għajnuna minn għandhom biex jibni kunventi ta’ l-Ordni tiegħu fi Franza u f’pajjiżi oħra fl-Ewropa.

Tliet xhur qabel miet, ħalla l-impenn li kellu mar-Re u mar jgħix fis-solitudni tal-monasteru fejn miet fil-Ġimgħa l-Kbira ta’ l-1507, fl-eta’ ta’ 91 sena, fTours, Franza. Tnax-il sena wara, ġie kkanonizzat mill-Papa Ljun X.