Simon Busuttil
Simon Busuttil | |||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
13 Mejju 2013 - 4 Ottubru 2017 ← Lawrence Gonzi - Adrian Delia →
14 Lulju 2009 - 5 April 2013 District: Malta Election: Elezzjonijiet Ewropej 2009
20 Lulju 2004 - 13 Lulju 2009 District: Malta Election: Elezzjoni għall-Parlament Ewropew 2004
District: District 12 (en) Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017 | |||||||||
Ħajja | |||||||||
Twelid | Ħ'Attard, 21 Marzu 1969 (55 sena) | ||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||
Edukazzjoni | |||||||||
Alma mater |
Università ta' Malta University of Sussex (en) | ||||||||
Lingwi | Malti | ||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||
Okkupazzjoni | politiku | ||||||||
Post tax-xogħol |
Strasburgu Brussell |
Simon Busuttil (twieled fil-20 ta' Marzu 1969) huwa politiku Malti li attwalment qiegħed iservi bħala Segretarju Ġenerali tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew.[1] Preċedentament, hu serva bħala kap tal-Oppożizzjoni,[2] kap tal-Partit Nazzjonalista bejn l-2013 u l-2017,[3] u Membru tal-Parlament Ewropew bejn l-2004 u l-2013.[4]
Studji
[immodifika | immodifika s-sors]Simon Busuttil iggradwa mill-Università ta' Malta bħala avukat fl-1993 u għandu Masters fl-Istudji Ewropej mill-Università ta' Sussex, u Magister Juris fid-Dritt Internazzjonali mill-Università ta' Malta. Fiż-żmien l-Università, Simon Busuttil kien attiv f'numru ta' għaqdiet studenteski, fosthom bħala President tal-Istudenti Demokristjani Maltin, u anke bħala rappreżentant tal-istudenti fis-Senat tal-Università ta' Malta. Kien ukoll Segretarju Internazzjonali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Ftit tas-snin wara, Simon Busuttil kellu sehem ewlieni biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Hu kien imexxi ċ-Ċentru ta' Informazzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea, l-MIC, u kien ukoll membru tal-grupp li nnegozja s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.[5]
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2004, Busuttil ġie elett fil-Parlament Ewropew bi 58,899 vot.[6] Hu kien l-ewwel Membru Parlamentari Ewropew Malti li indirizza 'l-Parlament Ewropew fil-21 ta' Lulju 2004.[7] Fl-2009, reġa' ġie elett għall-Parlament Ewropew, fejn kabbar in-numru ta' voti għal rekord ta' 68,782 vot.[8] Fl-għaxar snin li serva bħala deputat fil-Parlament Ewropew, Busuttil mexxa numru ta' kumitati fosthom dwar il-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Intern.[9]
Fi tmiem l-2012, Simon Busuttil inħatar mill-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista bħala viċi-kap tal-Partit, ftit ġimgħat biss qabel l-elezzjoni ġenerali,[10] minn fejn ġie elett minn żewġ distretti b'total ta' 14,000 vot.
Kap tal-Partit
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar it-8 ta' Mejju 2013, Busuttil kien elett Kap bi 93% tal-voti wara li l-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalita vvutaw fit-tieni ċiklu tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit u b'hekk ġie fi tmiemu Kunsill Ġenerali Straordinarju li fetaħ ħamest ijiem qabel. Dakinhar, f'kontestazzjoni bejn 4 kandidati, Simon Busuttil ġab 50.3% tal-voti u wara li ġie eliminat il-kandidat li ġab l-inqas ammont ta' voti, iż-żewġ kandidati li kien għad fadal ħabbru li kienu se jirtiraw mit-tellieqa. Kif jesiġi l-istatut tal-PN, il-kunsillieri reġgħu konvokati biex jivvutaw minkejja li kien għad fadal kandidat wieħed biss, biex il-Kap il-ġdid ikun approvat b'żewġ terzi tal-voti.
Fit-tieni ċiklu tal-elezzjoni kienu eliġibbli biex jivvutaw disa' mitt kunsillier u wieħed li ġabru d-dokument tal-vot tagħhom minn total ta' 913-il kunsillier li għandu l-PN. Minn dawn ivvutaw 881 - jew 98%. Il-kwota ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa meħtieġa biex Simon Busuttil jiġi elett kienet ta' 588. Mit-total ta' voti mitfugħa, kien hemm 863 vot validu, u 18-il vot invalidu. Simon Busuttil ġab 802 voti iva waqt li kien hemm 61 vot le.
Nhar l-24 ta' Mejju 2014, Busuttil iffaċċja l-ewwel elezzjoni tiegħu bħala Kap tal-Partit, sena wara l-ħatra tiegħu. Il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjonijiet Ewropej għat-tielet darba b'53.3% tal-voti, 33,675 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista, li ġab 40% tal-voti. Il-Partit Laburista ġab 1.5% inqas minn kemm kien ġab fl-2009. Għall-ewwel darba l-Partit Nazzjonalista tella' tliet deputati (minn sitta) fil-Parlament Ewropew.
Disfatta kbira elettorali u Riżenja minn Kap tal-Partit
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar it-3 ta' Ġunju 2017, Busuttil iffaċċja l-ewwel Elezzjonijiet Ġenerali tiegħu bħala Kap tal-Partit, 4 snin wara l-ħatra tiegħu. Il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali għat-tieni darba konsekuttiva b'55% tal-voti, 35,280 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista, li ġab 43.7% tal-voti.
Nhar il-5 ta' Ġunju 2017, Busuttil ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Kap tal-Partit Nazzjonalista imma qal li se jibqa' fit-tmun sakemm jinħatar kap ġdid. Nhar is-17 ta' Settembru 2017, Adrian Delia kien elett Kap tal-PN, u fis-6 ta' Ottubru sar Kap tal-Oppożizzjoni.
Membru ta' Kumitat Ewropew[11]
[immodifika | immodifika s-sors]Busuttil baqa' Membru tal-Parlament Malti u fit-12 ta' Settembru 2017 inħatar ukoll membru ta' kumitat ta’ esperti li jagħti l-pariri dwar l-Imħallfin qabel dawn jibdew jiffurmaw parti mill-Qrati tal-Ġustizzja Ewropej. Il-Parlament Ewropew approva n-nomina ta’ Busuttil f’vot fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, fejn Busuttil kiseb l-appoġġ ta’ 556 MEP minn total ta’ 673.[12]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Simon Busuttil appointed new Secretary-General of the EPP Group" (bl-Ingliż). Partit Popolari Ewropew. 2020-01-15. Miġbur 2020-01-15.
- ^ "L-Onor. Simon Busuttil MP". Parlament ta' Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-10-26. Miġbur 2019-07-11.
- ^ "Riċeviment f'għeluq snin il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil". NET News. 2016-03-20. Miġbur 2019-07-11.
- ^ "Is-seba' leġiżlatura parlamentari - Simon Busuttil". Il-Parlament Ewropew. Miġbur 2019-07-11.
- ^ Grech, Herman (2003-04-29). "MIC head to return to legal practice" (bl-Ingliż). Times of Malta.
- ^ "Malta Elects all five MEPs" (bl-Ingliż). The Malta Independent. 2004-04-16. Miġbur 2019-07-11.
- ^ Grech, Herman (2004-07-22). "Simon Busuttil is first Maltese MEP to address Euro Parliament" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2019-07-11.
- ^ "Simon Busuttil re-elected with record 68,782 votes". Times of Malta. 2009-06-07. Miġbur 2019-07-11.
- ^ "Simon Busuttil Elected EPP coordinator in Civil Liberties Committee" (bl-Ingliż). The Malta Independent. 2009-07-21. Miġbur 2019-07-11.
- ^ "Busuttil resigns from the European Parliament" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2013-03-19. Miġbur 2019-07-11.
- ^ http://www.europarl.europa.eu/meps/en/28120/SIMON_BUSUTTIL/history/7
- ^ https://www.timesofmalta.com/articles/view/20040722/local/simon-busuttil-is-first-maltese-nbsp-mep-to-address-euro-parliament.117168
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Simon Busuttil fuq is-sit tal-Parlament Ewropew
Predeċessur Lawrence Gonzi |
Kap tal-Partit Nazzjonalista 2013–2017 |
Suċċessur |
Predeċessur Tonio Borg |
Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista 2012–2013 |
Suċċessur |