Sinéad O'Connor
Shuhada' Sadaqat[1] (li qabel kienet Magda Davitt; imwielda Sinéad Marie Bernadette O'Connor; twieldet fit-8 ta' Diċembru 1966 – mietet fis-26 ta' Lulju 2023)[2], magħrufa professjonalment bħala Sinéad O'Connor, kienet kantanta u mużiċista Irlandiża. L-album tad-debutt tagħha, irreġistrat fi studjo, The Lion and the Cobra, inħareġ fl-1987 u kien suċċess internazzjonali. It-tieni album tagħha, dejjem irreġistrat fi studjo, I Do Not Want What I Haven't Got (1990), sar l-ikbar suċċess tagħha, u nbigħu iktar minn seba' miljun kopja tiegħu madwar id-dinja.[3] Il-kanzunetta ewlenija tiegħu, "Nothing Compares 2 U", ġiet imsejħa bħala l-aqwa single dinjija fl-1990 mill-Billboard Music Awards.[4]
O'Connor ħarġet 10 albums irreġistrati fi studjo. Am I Not Your Girl? (1992) u Universal Mother (1994) ġew iċċertifikati bil-premju tad-deheb fir-Renju Unit, Faith and Courage (2000) ġie ċċertifikat bil-premju tad-deheb fl-Awstralja, u Throw Down Your Arms (2005) ġie ċċertifikat bil-premju tad-deheb fl-Irlanda. Fost ix-xogħol tagħha kien hemm ukoll kanzunetti għall-films, kollaborazzjonijiet ma' bosta artisti oħra, u dehriet f'kunċerti għall-ġbir ta' fondi għall-karità. Il-ktieb tal-memorji tagħha tal-2021, Rememberings, kien bestseller.[5]
Fl-1999, O'Connor ġiet ordnata bħala patri mill-Knisja Tridentina Latina, setta mhux rikonoxxuta mill-Knisja Kattolika prinċipali. B'mod konsistenti tkellmet rigward kwistjonijiet marbuta mal-abbuż tat-tfal, id-drittijiet tal-bniedem, ir-razziżmu, ir-reliġjonijiet organizzati, u d-drittijiet tan-nisa. Matul il-karriera mużikali tagħha, tkellmet dwar il-vjaġġ spiritwali tagħha, l-attiviżmu, il-fehmiet soċjopolitiċi tagħha, kif ukoll dwar it-trawma li kellha u d-diffikultajiet li kellha b'rabta mas-saħħa mentali. Fl-2017, O'Connor bidlet isimha għal Magda Davitt. Wara li kkonvertiet għall-Iżlam fl-2018, bidlet isimha għal Shuhada' Sadaqat. Hija baqgħet tirreġistra d-diski u tkanta b'isem twelidha.[6]
Diskografija
[immodifika | immodifika s-sors]- The Lion and the Cobra (1987)
- I Do Not Want What I Haven't Got (1990)
- Am I Not Your Girl? (1992)
- Universal Mother (1994)
- Faith and Courage (2000)
- Sean-Nós Nua (2002)
- Throw Down Your Arms (2005)
- Theology (2007)
- How About I Be Me (and You Be You)? (2012)
- I'm Not Bossy, I'm the Boss (2014)
Premjijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Nominazzjoni / xogħol | Premju | Riżultat |
---|---|---|---|
1989 | The Lion and the Cobra | Grammy Award for Best Female Rock Vocal Performance | Nominata |
1990 | Hi stess | Rockbjörnen for Best Foreign Artist | Rebbieħa |
Billboard Music Awards for Rock Female Artist | Rebbieħa | ||
"Nothing Compares 2 U" | Billboard Music Awards for No.1 World Single | Rebbieħa | |
MTV Video Music Award for Video of the Year | Rebbieħa | ||
MTV Video Music Award for Best Female Video | Rebbieħa | ||
MTV Video Music Award for Best Post-Modern Video | Rebbieħa | ||
MTV Video Music Award for Breakthrough Video | Nominata | ||
MTV Video Music Award for Viewer's Choice | Nominata | ||
MTV Video Music Award for International Viewer's Choice (MTV Europe) | Nominata | ||
1991 | Grammy Award for Record of the Year | Nominata | |
Grammy Award for Best Female Pop Vocal Performance | Nominata | ||
Grammy Award for Best Music Video, Short Form | Nominata | ||
I Do Not Want What I Haven't Got | Grammy Award for Best Alternative Music Performance | Rebbieħa | |
Juno Awards for International Album of the Year | Nominata | ||
Hi stess | Juno Awards for International Entertainer of the Year | Nominata | |
American Music Award for Favorite Pop/Rock Female Artist | Nominata | ||
Brit Award for International Female Solo Artist | Rebbieħa | ||
Danish Music Awards for Foreign Female Artist of the Year | Rebbieħa | ||
"Nothing Compares 2 U" | Danish Music Awards Foreign Hit of the Year | Rebbieħa | |
1992 | Year of the Horse | Grammy Award for Best Music Video, Long Form | Nominata |
1994 | "You Made Me the Thief of Your Heart" | MTV Video Music Award for Best Video from a Film | Nominata |
Hi stess | Goldene Europa Awards for Best International Singer | Rebbieħa | |
Žebřík Music Award for Best International Female | Nominata | ||
1995 | Brit Award for International Female Solo Artist | Nominata | |
1996 | "Famine" | Grammy Award for Best Music Video, Short Form | Nominata |
D&AD Award for Pop Promo Video (Individual) | Lapes tal-Injam | ||
2000 | "No Man's Woman" | Billboard Music Video Award for Best Jazz/AC Clip of the Year | Nominata |
Hi stess | Žebřík Music Award for Best International Female | Nominata | |
2003 | "Troy" | International Dance Music Awards for Best Progressive House/Trance Track | Nominata |
"Tears from the Moon" | Nominata | ||
2004 | Hi stess | Meteor Music Awards for Best Irish Female | Nominata |
2005 | Nominata | ||
2006 | Nominata | ||
2007 | Nominata | ||
2008 | Nominata | ||
2012 | "Lay Your Head Down" | World Soundtrack Award for Best Original Song Written Directly for a Film | Rebbieħa |
Golden Globe Award for Best Original Song | Nominata | ||
"Queen of Denmark" | Rober Awards Music Poll for Best Cover Version | Nominata | |
2013 | "GMF" (with John Grant) | Rober Awards Music Poll for Song of the Year | Nominata |
2015 | I'm Not Bossy, I'm the Boss | Meteor Choice Music Prize for Best Album | Nominata |
"Take Me To Church" | Meteor Choice Music Prize for Song of the Year | Nominata | |
2023 | I Do Not Want What I Haven't Got | Choice Music Prize 'Classic Irish Album' | Rebbieħa |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Wilkinson, Bard (2018-10-26). "Sinead O'Connor converts to Islam and changes name to Shuhada'". CNN (bl-Ingliż). Miġbur 2023-07-27.
- ^ News, The Gulf Observer (2023-07-27). "Sinead O'Connor dies aged 56" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-07-27.
- ^ McCormick, Neil (2023-07-26). "Sinéad O'Connor interview: 'Live with the devil and you find there's a God'" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-07-27.
- ^ "Winners Database | Billboard Music Awards". web.archive.org. 2016-03-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-13. Miġbur 2023-07-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Books of the Month: From Sinead O'Connor's Rememberings to Lisa Taddeo's Animal | The Independent". web.archive.org. 2021-05-31. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-05-31. Miġbur 2023-07-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Reaction to Sinéad O'Connor on Late Late shows we still have a long way to go on empathy and mental health | JOE is the voice of Irish people at home and abroad". web.archive.org. 2020-04-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-04-12. Miġbur 2023-07-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)